Aktar logħbiet fl-Ewropa għal referee tal-basketball

Thursday, August 12, 2010, 16:46

Ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball, Bernard Vassallo, wara li kien impenjat matul Lulju fil-Kampjonati Divizjoni C ta’ l-Irgiel gewwa Malta kif ukoll fil-Kampjonati Ewropej Under 16 gewwa Andorra fejn spicca wkoll jirrefja il-final tas-subien ghat-3 u 4 post, se jerġa jkun fl-azzjoni fix-xena Ewropea fil-granet li gejjin.

Fil-fatt nhar l-Erbgha 10 ta’ Awwissu Vassallo kien nnominat mill-FIBA sabiex jikkontrolla, gewwa Cagliari, il-partita internazzjonali valida minn Divizjoni A bejn l-Italja u l-Litwanja. Fl-istess grupp ta’ kwalifikazzjoni ghal EuroBasket 2011 hemm mil-Kroazja, Belgju u l-Olanda. Vassallo se jirreffja flimkien ma’ Neil Wilkinson (Ingilterra) u Igor Poljansek (Slovenja).

Vassallo ghandu impenn iehor internazzjonali meta fl-20 ta’ Awwissu huwa se jkun referee f’partita ohra valida minn Divizjoni A, din id-darba bejn l-Ingilterra u l-Ukrajna li se tintlaghab gewwa Surrey. F’dan il-grupp hemm ukoll il-Germanja u l-Islovakkja. Hawnhekk Vassallo se jirreffja flimkien ma’ Johann Jeanneau (Franza) u Johanees Sarekoski (Finlandja).





Leave a comment