Aktar impenji fir-Renju Unit għal referee lokali

Monday, March 10, 2014, 22:56

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, ir-referee internazzjonali lokali tal-basketball Bernard Vassallo reġa rritorna l-Ingilterra sabiex ikompli bl-avventura tiegħu fil-kampjonat Ingliż wara li aktar kmieni dan l-istaġun hu kien rċieva stedina biex jikkontrolla partiti mill-kampjonat domestiku fir-Renju Unit.

Fil-fatt sa issa, Vassallo diġa kkontrolla għaxar partiti dan l-istaġun mill-għola diviżjoni ġewwa r-Renju Unit.

Is-Sibt 8 ta’ Marzu Vassallo kkontrolla l-partita  fi Brighton bejn Worthing Thunder u Newham, żewġ timijiet li bħalissa għandhom seba’ u għaxar rebħiet rispettivament minn sbatax-il partita.

Il-Ħadd 9 ta’ Marzu Vasallo mar ġewwa Surrey fejn hemmhekk ikkontrolla  l-partita London kontra Ipswich, żewġ naħat li ukoll qed jissieltu għal post fil-play-offs b’Ipswich qegħdin jaqsmu t-tielet post fil-klassifika ma’ Newham b’għaxar rebħiet waqt li London qegħdin fis-seba’ post b’sitt suċċessi sa issa fil-kampjonat.





Leave a comment