Aktar għajnuna u assistenza finanzjarja mill-KMS lir-Regatta Nazzjonali
Sunday, September 5, 2010, 23:42
Waqt laqgħa mal-klabbs u l-Għaqda Regatta, il-Kunsill Malti għall-iSport ħabbar aktar għajnuna lill-klabbs tar-Regatta biex kompla kkonferma li lest juri bil-fatti li l-għan tal-KMS hu li jkompli jgħolli l-livell tar-Regatta u jagħmel dan l-avveniment sportiv u kulturali aktar segwit fost il-poplu Malti.
Fil-fatt ic-Chairman tal-KMS Bernard Vassallo nieda aktar assistenza finanzjarja lil kull klabb għar-Regatta Nazzjonali li se ssir fit-8 ta’ Settembru 2010. Huwa ta’ nformazzjoni dettaljata ta’ din l-għajnuna finanzjarja għal Settembru 2010 fejn spjega li, fost l-oħrajn, il-KMS se jżid is-sussidju li kull klabb jirċievi meta jipparteċipa u jtemm kull tiġrija.
Kategorija A
Fil-każ ta’ Kategorija A, is-sussidju skond ir-regolamenti huwa ta’ €150 għal kull opra li ttemm tiġrija.
Għal Settembru 2010 il-KMS se joffri €30 oħra bħala sussidju. Dan ifisser li f’kull tiġrija ta’ din il-kategorija, kull klabb li jtemm tiġrija skond ir-regoli jirċievi €180.
Għalhekk, meta kull klabb normalment jieġu sehem f’kull tiġrija (5) ta’ kategorija A, dan ifisser li s-sussidju massimu għal kull klabb mingħand il-KMS huwa ta’ €900.
Dan minbarra l-premijiet li klabb jista jirbaħ jekk jidħol fl-ewwel 3 posizzjonijiet f’kull tiġrija:
Tiġrija Dgħajes A Tal-Midalji:
L-Ewwel Premju: €300; it-Tieni: €200; it-Tielet €150
Tiġrija Frejgatini:
L-Ewwel Premju €195; it-Tieni €145; it-Tielet €115
Tiġrija Dgħajes C Tal-Pass:
L-Ewwel Premju €160, it-Tieni €110, it-Tielet €80
Tiġrija Kajjikki
L-Ewwel Premju €160, it-Tieni €110, it-Tielet €80
Tiġrija Dgħajes B Tal-Pass
L-Ewwel Premju: €300; it-Tieni: €200; it-Tielet €150
Kategorija B
Fil-każ ta’ Kategorija B, is-sussidju skond ir-regolamenti huwa ta’ €150 għal kull opra li ttemm tiġrija.
Għal Settembru 2010 il-KMS se joffri €20 oħra bħala sussidju. Dan ifisser li f’kull tiġrija ta’ din il-kategorija, kull klabb li jtemm tiġrija skond ir-regoli jirċievi €170.
Għalhekk, meta kull klabb normalment jieġu sehem f’kull tiġrija (5) ta’ kategorija A, dan ifisser li s-sussidju massimu għal kull klabb mingħand il-KMS huwa ta’ €850.
Dan minbarra l-premijiet li klabb jista jirbaħ jekk jidħol fl-ewwel 3 posizzjonijiet f’kull tiġrija.
Tiġrija tad-Dgħajjes C Tal-Pass:
L-Ewwel Premju €140; it-Tieni €95, it-Tielet €70
Tiġrija Dgħajes A Tal-Midalji:
L-Ewwel Premju: €280; it-Tieni: €185; it-Tielet €140
Tiġrija Frejgatini:
L-Ewwel Premju €175; it-Tieni €130; it-Tielet €105
Tiġrija Kajjikki:
L-Ewwel Premju €140, it-Tieni €95; it-Tielet €70
Tiġrija Dgħajes B Tal-Pass:
L-Ewwel Premju: €280; it-Tieni: €185; it-Tielet €140
Premju Qaddiefa Żgħażagħ
Minbarra dawn iż-żidiet fis-sussidju kemm f’Kategorija A kif ukoll B, għal Regatta 8 ta’ Settembru 2010, il-KMS se joffri premju speċjali lil dawk iż-żewġ klabbs li jkollhom l-iżgħar medja ta’ snin fost il-qaddiefa tagħhom.
Fil-fatt dak il-klabb, fost is-sebgħa li jieħdu sehem fir-Regatta, li jkollu l-iżgħar medja se jirċievi €150 waqt li t-tieni klabb ikklassifikat jirċievi €100.
Vassallo spjega li l-KMS se joffri dan il-premju sabiex jippremja t-talent żagħżugħ fir-Regatta.
Fond extra ta’ €2,000 għal Regatta 8 ta’ Settembru 2010
Jekk wieħed jgħodd din l-għajnuna kollha ġdida mħabbra mill-KMS għal Regatta 8 ta’ Settembru 2010, wieħed jasal għal total ta’ €2,000 maħdum kif ġej:
Żieda fis-sussidju Kategorija A: €30 X 35 = €1050
Żieda fis-sussidju Kategorija B: €20 X 35 = € 700
Premju Qaddiefa Żgħażagħ: € 250
TOTAL €2000
Regatta Settembru 2010:
Fond totali ta’ sussidji u premijiet għal-klabbs tar-Regatta
Wara l-inizjattivi mħabbra din il-ġimgħa stess, għal Regatta Settembru 2010, is-somma totali ta’ €16,935 hija allokata mill-Kunsill Malti għal-iSport għal klabbs tar-Regatta, somma li tikkonferma kemm il-KMS lest li jgħin l-isport tar-Regatta.
Fond Premijiet
Kategorija A: €2455
Kategorija B: €2230
Total: € 4,685
Sussidji:
Kategorija A: €6300
Kategorija B: €5950
Total: €12,250
Total ta’ Premijiet u Sussidji mill-KMS għar-Regatta Settembru 2010: €16,935







