Aktar dwar is-suq tat-trasferimenti

Thursday, June 23, 2011, 16:46
Alfred Effiong bil-kuluri ta' Marsaxlokk l-istagun li ghadda

Alfred Effiong bil-kuluri ta' Marsaxlokk l-istagun li ghadda

Valletta FC komplew isahhu l-iskwadra taghhom meta ffirmaw l-istriker Nigerjan u l-aqwa skorer tal-kampjonat BOV premier fl-istagun li ghadda Alfred Effiong. Effiong li ghandu 26 sena beda l-karriera tieghu fil-gzejjer Maltin ma’ Kercem Ajax f’ Ghawdex qabel inghaqad ma’ St Geoges f’ Jannar tal-2007. Fis-sajf ta’ wara huwa nghaqad ma’ Hamrun Spartans fejn qatta’ sena qabel inghaqad ma’ Qormi fis-sajf tal-2008. Is-sena l-ohra, Effiong inghaqad ma Marsaxlokk fejn spicca l-aqwa skorer b’ xejn inaqas minn 17-il gowl.

Kollox huwa lest biex Effiong jaghmel id-debutt tieghu mal-Beltin meta llejla jilghabu kontra Birkirkara fit-tielet u l-ahhar loghba mill-Euro challenge cup. L-istriker Nigerjan huwa r-raba’ barrani li ghandhom kuntratt ma’ Valletta flimkien mad-difensur Braziljan Ramon dos Santos, l-attakkant ukoll Braziljan Denni Rocha dos Santos u l-winger mill-Burkina Faso Ousseni Zongo. Striker iehor Brazijan li izda ghandu passaport Taljan bl-isem ta’ William Barbosa Da Silva qieghed bi prova mal-klabb Belti.

Intant xi ahbarijeut mix-xena tat-trasferimenti li qed jidominaw ix-xena kalcistika lokali huma dawn li gejjin:

Hamrun Spartans mistennija jipprezentaw plejer barrani gdid il-Gimgha filghaxija f’ get together ghall-membri li se ssir fuq il-bejt tal-kazin tal-banda san guzepp Dan il-plejer barrani mistenni jkun l-ex plejer ta’ Valletta Heinher Backhaus. Il-goalkeper ta’ Tarxien Rainbows Anthony Cyrmi li fl-istagun li ghadda tilef postu fl-ewewel hdax ta’ dan it-rim fejn postu ttihidlu mill-goalkeeper ferm promettenti David cassar, jista’ jinghaqad ma’ Hamrun Spartans b’ self ghal sena.

Jidher ukoll li Hamrun lahqu ftehim verbali mat-tieni goaler ta’ Birkirkara Omar Borg, biex dan jinghaqad maghhom b’ mod permanenti wara li fl-ahhar stagun kien mal-istess Spartans b’ self. L-istriker ta’ Valletta Adrian Carabott li fl-ahhar sena laghab ma’ Zejtun Corinthians, mill-istagun li jmiss se jilghab fin-nofsinhar ta’ malta din id-darba ma’ tarxien rainbows. Tarxien rainbows huma wkoll interessati li jakkwistaw is-servizzi tal-ex plejer veteran ta’ Floriana Brian Said wara li dan iddecieda li ma jgeddidx il-kuntratt mal-Greens. Mosta huma nteressati li jakkwistaw lill-plejer Karkariz Karl Pulo. Il-plejer ta’ nofs il-grawnd ta’ Pieta’ Sheldon Grech se jinghaqad mat-tim li mill-istagun li jmiss se jilghab fil-kampjonat BOV Premier, Mosta FC, wara li gab ir-release minghand l-istess Hotspurs.





5 Comments

  1. Slimease says:

    Issa li Sliema iffirmaw il barranin kolla ma hemm hadd pleyers locali li Sliema ghandom interess fihom imbarra Ryan Grech. Il pleyer Jean Pierre Mifsud Triganza sejjer ikun fl-iskwara ghall istagun li gej

    [Reply]

  2. l king says:

    Newtrali, jin ma nafx ma min izomm imma ahjar tibda tibza mil-mosta ghax daqt se jibdew johorgu l bombi …

    [Reply]

    newtrali Reply:

    ommi ma bilmod ta twaddbux hafna ghax tkisru kull m hawn bil bombi lol :)
    u halluna u tibdewx taraw kbir ghadkhom tilajn :(

    [Reply]

  3. CD says:

    GoodLuck Sheldon from a Floriana.fc Supporter…wish u all the very best!! u SANDRO….Brian Said mhux iddecieda li ma jgeddidx il-kuntratt imma minhabba li tilef postu il-Floriana qalulu li m’ghadux fil-pjanijiet taghhom u qablu li ma jiffirmax kuntratt………..GRAZZI !!!

    [Reply]

  4. Newtrali says:

    Il istrina x akkwist ghamlu l Mosta b Sheldon Grech :) lol haha Halluna

    [Reply]

Leave a comment