Akrobaziji, kuluri u mużika f’Ċerimonja tal-ftuħ perfetta iżda…

Tuesday, May 31, 2011, 1:29

Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar tal-Ewropa

Minn Sandro Micallef li qed jirraporta minn Vaduz Liechtenstein uffiċjalment għall-Melita Sports. 

Mark Cutajar Chef de Mission u uffiċjali oħra imexxu l-March Pass wara l-bandiera Maltija

Mark Cutajar Chef de Mission u uffiċjali oħra imexxu l-March Pass wara l-bandiera Maltija

Kollox kien qed jidher perfett fiċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-14 –il edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar iżda fl-iktar mument importanti t-Torċa Olimpika ma xegħelitx fil-ħin u kif ippjanat u allura kella tinxtgħel b’mod manwali minn ġuvni li kien qed jifforma parti mill-korjografija tal-ispettakklu.

U filfatt kienet ċerimonja fil-veru sens tal-kelma ta’ spettaklu b’tema mhux tas-soltu iżda li niżlet tajjeb ħafna mal-folla ta’ 7,000 spettatur li attendew. It-Tema kienet iċ-Ċirklu u kif in-nies jistgħu ikunu parti mill-ispettaklu taċ-Ċirklu b’diversi sfin minn Break Dancers, Ballet, Line Dancers, u tfal li jistudjaw id-danza.

Spikkaw iż-żeffiena kkuluriti b’korjografija sabiħa li kienet ippruvata sew fil-jiem li għaddew. Il-mużika li akkumpnajat iċ-ċerimonja tal-ftuħ kienet waħa moderna u tal-widna b’diversi spettaturi jiċċaqalqu mat-temi li ġew ippreżentati mill-protagonisti jiġifieri minn nies li jmexxu ċ-Cirklu jew aħjar il-Master of Ceremonies.

L-ispettakklu laħaq il-qofol tiegħu wara li l-atleti kollha immarċjaw wara xulxin pajjiż wara pajjiż bil-kontinġent Malti jimxi wara l-bandiera Maltija li inġarret minn Brad Hindle Deguara.

Wara saru diskorsi tal-oklażjoni minn Leo Kranz President tal-Kumitat Olimpiku ta’ Liechtenstein, Jacques Rogge President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali u minn Patrick Hickey li rrapreżenta l-Kumitat Olimpiku Ewropew.

L-Eċċelenza tiegħu l-Prinċep Alois ta’ Liechtenstein ta’ bidu uffiċjalment billi ddikjara  l-logħob miftuħa.

Parti mill-kontinġent malti waqt il-March Pass

Parti mill-kontinġent malti waqt il-March PassIl-Mument tal-final taċ-ċerimonja tal-Ftuħ

Il-Mument tal-final taċ-ċerimonja tal-Ftuħ
Il-Mument tal-final taċ-ċerimonja tal-Ftuħ




1 Comment

  1. Malta started with great Congratulations

    [Reply]

Leave a comment