Ahbarijiet Sportivi minn ġewwa iċ-ċirkwit ta’ Silverstone u it-trakka ta’ Hockenheim

Wednesday, August 23, 2017, 15:00

Ġewwa ċ-ċirkwit ta Silverstone fl-Ingilterra il-koppja sewwieqa Maltin Rodren Vella u Bernard Galea għal darb oħra jierbħu il-klassi tagħhom fil-kompetizzjoni 750 Motor Club Sport.

Fil-Ġermanja proprju ġewwa t-trakka ta Hockenhiem bħalissa hemm għaddej round ieħor tal-kampjonat Ewropew tad-Drag Racing u wara tlett rounds ta kwalifikazzjoni insibu lis-sewwieq Malti tat-Top Fuel Dragster Duncan Micallef fil-ħames post u lill Franklyn Borg li qiegħed isuq mutur Hyabusa li qiegħed jigi preparat minn Simon Giordmaina. L-aħjar ħin għal Duncan s’issa huwa dak ta 4.274 sekondi u massimu ta veloċita ta 369.17 mil fis-siegħa. L-aħjar ħin għal Franklyn huwa ta 7.063 sekondi u velocita massima ta 330.53 mil fis-siegħa. Wara dawn it-tlett rounds ta kwalifikazzjoni jonqos l-eliminazzjonijiet u il-finali li mistennija isiru għadha. Kemm Duncan kif ukoll Franklyn jinsabu fil-quċċata tal-klassijiet rispettivi tagħhom b’cans tajjeb illi jierbħu din il-kompetizjoni.





Leave a comment