AGM ta’ Roma Club Malta fil-premises il-ġodda f’Pembroke

Friday, July 13, 2012, 1:09

Il-Laqgha Generali Annwali  ta’ Roma Club Malta issir fil-premises il-godda f’Pembroke

Fl-1 ta’ Lulju saret il-Laqgha Generali Annwali ta’ Roma Club Malta fil-premises il-godda li jinsabu f’Pembroke Athleta Sports Club,Tunis Road Pembroke.
Il-President Ray Sant,is-Segretarja Generali Graziella Bencini u t-Tezorier Bryan Camilleri ddiskutew fit-tul u b’mod idettaljat il-pjanijiet futuri.Peress li s-sena d-diehla jahbat l-gheluq ta’ l-40 anniversarju tal-klabb,il-Kumitat ser jistieden b’mod formali lil Francesco Totti u l-familja tieghu biex jigu gewwa gziritna bħala parti miċ-ċelebrazzjonijet ta’ dan l-avveniment storiku.
Il-Kumitat bi pjaċir kbir javza ukoll li ser jigu introdotti inizjattivi inovattivi ‘extracalcistici’ li ser igawdu minnhom kull persuna fis-soċjetà tagħna.
Il-President Ray Sant ħeġġeġ lill-membri kollha biex jattendu l-premises il-godda u jagħtu sehemhom fl-attivitajiet tal-klabb biex ikomplu jaħdmu flimkien bhala familja romanista,ħalli l-affarijiet jimxu ’l quddiem u b’hekk l-isem u l-unur tar-Roma Club Malta jkompli jinfirex ma’ kullimkien.
Kull min jixtieq jissieheb bhala membru ghandu jikteb lit-Tezorier Bryan Camilleri fuqasr@maltanet.net





Leave a comment