Adrian Figallo ser jiġġudika l-erba’ rawnds tal-Kampjonat Taljan tad-Drifting

Wednesday, January 22, 2020, 10:52

Adrian Figallo, uffiċjal tal-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport, bħal fl-edizzjoni tal-2019, ser jiġġudika l-erba’ rawnds tal-Kampjonat Taljan tad-Drifting ta’ din is-sena.

Il-Kampjonat Taljan tad-Drifting 2020 tnieda x-xahar li għadda f’Parma. Din l-edizzjoni se tkun ferm aħjar u akbar mis-snin preċedenti grazzi għal aktar appoġġ minn ACI Sport u il-Federazzjoni Internazzjonali ta l-Awtomobilismu.

Flimkien ma Figallo ser jkun hemm Davide Busi, Niccolò Rosso u Andrew Sapino, kollha uċuh magħrufa fid-drifting Taljan. Davide Busi spiċċa l-ewwel fil-kampjonat tal-2016 u kien parti mill-ġurija fil-kampjonat tal-2019. Niccolò Rosso dam għal diversi snin fis-serje King of Europe. Andrew Sapino minbarra l-kompetizzjonijiet passati tiegħu kien ukoll imħallef fl-edizzjoni tal-2016 u, u Figallo kien fost il-ġurija is-sena li-għaddiet.

Il-kalendarju tal-2020 jinkludi erba’ tiġrijiet li se jsiru fit-trakka ta’ Modena u dik ta’ Adria fit-2 u t-3 ta ‘Mejju, 20 u 21 ta’ Ġunju, 12 u 13 ta’ Settembru u 17 u 18 ta’ Ottubru.

Bħal fl-edizzjonijiet preċedenti, il-Kampjonat Taljan tas-Drifting se jkollu tliet kategoriji, Street Open, PRO 2 u PRO.





Leave a comment