Aċċess fil-VIP għall-coaches bl-’A’ u l-’B’ licence

Wednesday, September 22, 2010, 13:34

Il-Malta Football Coaches Association tilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Malta Football Association li l-‘A’ u ‘B’ licence coaches jistgħu jidħlu fil-grounds kollha fejn jiġu organizzati kompetizzjonijiet tal-MFA.

Dan għaliex qabel il-laqgħa ġenerali tal-MFA il-kumitat tal-MFCA iltaqa’ mal-uffiċjali preżenti tal-MFA, li dak inhar kienu għadhom kandidati għall-elezzjoni, u għamel diversi proposti, li ntwera qbil fuqhom.

Waħda minn dawn il-proposti kienet dik li l-coaches għandu jkollhom aċċess biex isegwu l-partiti organizzati mill-MFA.

Għalkemm mhux kull ma ġie propost ġie ntrodott, din il-proposta daħlet fis-seħħ u, għaldaqstant, l-MFCA tifraħ lill-coaches membri tagħha u dawk li għadhom mhumiex , li dak li l-MFCA ilha tinsisti għal hafna snin issa ġiet aċċettata.

Intant l-MFCA tixtieq tavża lill-membri tagħha li l-ewwel instructional meeting għall-istaġun 2010-2011 se jsir nhar it-Tnejn 27 ta’ Settembru fis-7.30pm fil-Juventus Supporters Club Vero Amore, Birkirkara. Għal din il-laqgħa l-kelliem se jkun Dr. David Attard.





1 Comment

  1. P Sant says:

    Nahseb issa wasal iz-zmien li il-kumitati tan-nursery jinghataw season ticket mill-MFA. Dawn in-nies qed jaghtu hafna hin b’mod volontarju (u jehduhom minn tal-familji taghhom) sabiex jitjieb il-livell tal-football Malti u jridu jhallsu biex jaraw it-tfal li jkunu tellghu. Tal-misthija. Wasal iz-zmien li l-MFA turi rispett.

    [Reply]

Leave a comment