A to Z Electronics pass ‘il bogħod mit-titlu

Monday, April 23, 2012, 11:08

minn Colin Schembri

Kampjonat MSV Life Irġiel – Playoffs Final 2

 Depiro 50

A to Z Electronics Athleta 90

(12-22)(15-23)(13-24)(10-21)

 

Depiro vs Athleta

Depiro vs Athleta

B’wirja verament tajba ic-champions A to Z Electronics Athleta għamlu pass ieħor lejn ir-rebħ tal-kampjonat meta fit-tieni finali tal-kampjonat MSV life għelbu lil Depiro Mtarfa 90-50. Depiro għal darb’oħra mingħajr Greg Hamlin u kellhom ukoll l-isfortuna li jitilfu lil Roderick Vella b’injury waqt il-partita, ftit setgħu jagħmlu kontra l-qawwa ta’ l-Athleta minkejja li dawn kienu mingħajr Michael Naudi u Kristen Baldacchino. Il-bidu tal-partita kien bilanċjat u b’punti fuq kull naħa u fil-ħames minuta Athleta kienu 8-6 minn fuq. Omar Said għamel l-ewwel trippla tiegħhu fis-sitt minuta u minkejja li Vella u Adrian Micallef wieġbu għal Depiro, Said għamel żewġ trippli oħra flimkien ma’ basket minn Marco Todorovic biex Athleta temmew l-ewwel sessjoni 22-12 minn fuq. Depiro naqqsu d-distakk fil-ftuħ tat-tieni perjodu b’Abraham Portelli jkun attiv ferm għalijhom. Pero’ Athleta għamlu run oħra ta’ 15-2 b’żewġ trippli ta’ David Bugeja u għalkemm Portelli għamel 4 punti oħra, fil-mistrieħ Athleta kienu 45-27 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Athleta komplew iżidu l-vantaġġ b’diversi punti minn Todorovic u Dirk Schembri 55-30. Il-punti ta’ Depiro komplew ġejjin minn Portelli flimkien ma’ Nigel Sultana bl-Athleta jwieġbu bi trippla oħra ta’ Said u baskets minn Schembri u Addison Bonnici għal skor ta’69-40. L-aħħar sessjoni wkoll kienet f’idejn Athleta li minkejja li kienu ċerti mir-rebħa, komplew iżidu l-vantaġġ. Schembri, Bonnici u Said għamlu l-ewwel punti tagħhom u Depiro kienu demoraliżżati. Ivan Buldakov ukoll irnexxielhu jniżżel ismu fost l-iskorers wara li daħal minn fuq il-bank biex il-partita ntemmet bl-Athleta joħorġu rebbieħa 90-50.

 

Depiro: R. Vella 4, JP Schembri, N. Sultana 12, A. Aquilina, A. Portelli 21, A. Micallef 6, E. Lupo 2, M. Mallia 2,  I. Tanti 3.

A to Z Electronics Athleta: I. Buldakov 3, D. Bugeja 10, M. Todorovic 22,  M. Giusti, A. Fekete 8, O. Said 15, D. Schembri 16, A. Bonnici 14, S. Schembri 2.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Clive Terribile.

 

Statistika…

 

Depiro

 

Free throws – 10 on 14

Baskets – 20 on 60

Three pointers – 0 on 13

Rebounds – 34

Assists – 6

Turnovers – 11

Steals – 4

Fouls Suffered – 16

Fouls Made – 19

 

Athleta

 

Free throws – 17 on 27

Baskets – 26 on 44

Three pointers – 7 on 14

Rebounds – 47

Assists – 19

Turnovers – 14

Steals – 3

Fouls Suffered – 16

Fouls Made – 19

 

 





Leave a comment