A to Z Electronics jieħdu l-ewwel vantaġġ

Monday, April 16, 2012, 0:05

minn Colin Schembri

Kampjonat MSV Life Irġiel – Playoffs Final 1

 

A to Z Electronics Athleta 70

Depiro 54

(16-9)(18-14)(7-15)(29-16)

 

Athleta vs Depiro

Athleta vs Depiro

A to Z Electronics Athleta għamlu l-ewwel pass fil-finali tal-kampjonat MSV life ta’ l-ewwel diviżjoni ta’ l-irġiel meta għelbu lil Depiro 70-54 fl-ewwel partita minn serje ta’ l-aħjar minn ħames partiti. Depiro ppreżentaw formazzjoni kollha Maltija hekk kif kellhom l-isfortuna li jitilfu lil Amerikan Greg Hamlin li għamel intervent kirurġiku għalkemm hemm it-tama li jista jirkupra waqt din il-finali. Il-partita ntlagħbet quddiem attendenza sabiħa u fl-intervall kien hemm ukoll ħin għat-tfal minn nurseries taż-żewġ timijiet li komplew isebbħu l-atmosfera. Ic-champions minn naħa tagħhom kienu bil-formazzjoni titulari tagħhom. Athleta bdew tajjeb meta bis-saħħa ta’ Marco Todorovic ħadu l-ewwel vantaġġ 8-2 f’nofs l-ewwel sessjoni. Andrew Aquilina u Roderick Vella wieġbu għal Depiro qabel ma Athleta għamlu break ta’ 6-0 u baqgħu sejrin biex rebħu l-perjodu 16-9. Fit-tieni sessjoni Athleta kabbru l-vantaġġ bi trippla ta’ Omar Said. Wara punti fuq kull naħa, Athleta żiedu l-vantaġġ bil-punti ta’ Michael Naudi u trippla ta’ Steve Schembri. Hawn Depiro wieġbu b’sitt punti mingħajr risposta biex reġgħu naqqsu d-distakk pero’ trippla oħra ta’ Schembri għalqet is-sessjoni bl-Athleta fuq quddiem 34-23.

Wara l-mistrieħ, Depiro kellhom l-aħjar mument tagħhom fil-partita meta bdew bi break ta’ 6-0. Fis-sitt minuta ġiet l-ewwel risposta ta’ Athleta b’basket minn Dirk Schembri pero’ Depiro komplew bil-mument tajjeb tagħhom. Baskets minn Nigel Sultana, Adrian Micallef u Abraham Portelli tawhom il-vantaġġ 37-36 fis-sitt minuta. Schembri reġa’ ta n-nifs lil Athleta b’basket u trippla biex huma temmew is-sessjoni 41-38 minn fuq. Depiro naqqsu d-distakk għal punt fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni bi freethrows ta’ Portelli pero’ hawn Athleta għamlu run ta’ 15-0 b’żewġ trippli ta’ Steve Schembri u baskets ta’ ħuħ Dirk u iktar punti minn Todorovic. Sultana wieġeb bi trippla għal Depiro pero’ Athleta għamlu break ieħor ta’ 8-2 biex inqatgħu mill-avversarji u rebħu l-partita 70-54.

 

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 10, I. Buldakov, D. Bugeja 2, M. Todorovic 20,  M. Giusti, S. Schembri 19, O. Said 8, D. Schembri 6, A. Bonnici 5, K. Baldacchino, A. Fekete.

Depiro: R. Vella 20, JP Schembri, N. Sultana 13, A. Aquilina 4, A. Portelli 7, A. Micallef 6, E. Lupo, M. Mallia 2,  I. Tanti 2.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Alfred Carbonaro.

 

Statistika…

 

Athleta

 

Free throws – 12 on 20

Baskets – 20 on 42

Three pointers – 6 on 18

Rebounds – 46

Assists – 14

Turnovers – 16

Steals – 7

Fouls Suffered – 19

Fouls Made – 18

 

Depiro

 

Free throws – 16 on 22

Baskets – 16 on 39

Three pointers – 2 on 18

Rebounds – 28

Assists – 7

Turnovers – 13

Steals – 7

Fouls Suffered – 17

Fouls Made – 19

 





7 Comments

  1. Tony Camilleri says:

    Sur Mizzi, Ftit tax xhur ilu stedintek biex tigi taqsam l-gherf tieghek fil-Basketball maghna, izda sfortunatament hallejtna nistennew.
    Nerga intenni li l-bieb ta l-MBA miftuh ghal kullhadd, izda wisq nibza li aktar thossok komdu tikkritika ( u tparla fil vojt ) wara isem fittizzju.

    [Reply]

  2. karmnu says:

    dejjaqt lil kulhadd mizzi!!!

    [Reply]

  3. kavallier says:

    Kif qazzizt lil kulhadd louis mizzi tat-toqba ta’ ****i. mhux ahjar taghlaq halqek ghax hlief cucati ma tghidx

    [Reply]

  4. guzeppi says:

    Mangani irrefja l-loghba tan-nisa bejn Depiro u loyola…tidher li ma tkunx ta qali mizzi u tikkumenta biss fuq dak li tisma jew dak li timmagina jew ghar minn hekk tivvinta u tigdeb u ddawwar…dejjem hekk kont…joe mizzi, louis mizzi eccetra

    [Reply]

    Ali Reply:

    Tajjeb ghedtlu Guzeppi

    [Reply]

  5. louis mizzi says:

    mela manwel mangani kien bis sick………jew l emperatur tajjarlu rasu ghal finals tal men

    [Reply]

    josephb Reply:

    Il-Loghba ta qabel mhux Depiro kien hemm sur Mizzi? Taf li Manuel Mangani irrefja?  Allahares ma jkunx hemm referies friski ghal final. Jew pika biss tikteb int biex thammeg il loghba tal basketball.

    [Reply]

Leave a comment