A to Z Electronics Champions tal-basketball

Monday, April 30, 2012, 9:43

minn Colin Schembri.

Kampjonat MSV Life Irġiel – Playoffs Final 3

A to Z Electronics Athleta 87

Depiro 54

(26-10)(18-20)(25-13)(18-11)

 

A to Z Electronics Athleta żammew it-titlu ta’ champions għat-tieni sena konsekuttiva meta rebħu d-disa’ kampjonat fl-istorja tagħhom. It-team imexxi minnJoe Galearebaħ it-tielet partita tal-finali 87-54 biex b’hekk għalqu s-serje 3-0 u setgħu jiċċelebraw il-ħames unur tagħhom dan l-istaġun. Fil-fatt Athleta rebħu s-Super Cup, l-MBA Shield, il-Gozo Cup u t-tazza Louis Borg qabel is-suċċess fil-kampjonat. Athleta rebħu l-kampjonat b’14 –il rebħa u 2 telfiet waħda minnhom fil-playoffs. Depiro rkupraw lil Amerikan Greg Hamlin fil-waqt li Michael Naudi baqa’ nieqes għall-Athleta. Depiro żammew il-pass ma’ l-avversarji fl-ewwel minuti għal parita ta’ 6-6 wara erba’ minuti. Athleta għamlu run ta’ 9-0 fosthom tgrippla ta’ Steve Schembri b’Nigel Sultana jwieġeb għal Depiro. Athleta komplew jagħfsu u għamlu run oħra ta’ 9-0 fl-aħħar żewġ minuti biex temmew is-sessjoni 26-10 minn fuq. Fit-tieni sessjoni, Athleta żiedu l-vantaġġ bi trippla ta’ David Bugeja li inagħqad magħhom fil-bidu ta’ l-istaġun u rebaħ l-ewwel kampjonat tiegħu. Depiro kellhom mument posittiv bi trippli ta’ Hamlin u naqqsu d-distakk għal 12 –il punt. Omar Said bi trippla u Addison Bonnici reġgħu wieġbu għac-champions li fl-intervall kienu 44-30 minn fuq.

Fil-ftuħ tat-tielet sessjoni kienu Athleta li komplew iżidu l-vantaġġ bi trippla oħra ta’ Schembri u baskets minn Bonnici u Marco Todorovic. Depiro għamlu 4 punti oħra pero’ Athleta malajr wieġbu bi break ieħor ta’ 9-0. Abraham Portelli kellhu 4 punti għal Depiro qabel ma Said u Schembri għamlu trippla kull wieħed għal skor ta’ 69-43. Athleta ssiġillaw ir-rebħa fil-bidu tal-aħħar sessjoni meta għamlu run ta’ 17-2. Depiro għalqu l-partita b’żewġ trippli ta’ Sultana u oħra ta’ Hamlin pero’ Athleta rebħu l-partita 87-54 biex bdew jiċċelebraw ir-rebħ tal-kampjonat. Dawn laħqu l-qofol tagħhom hekk kif is-Sur David Curmi, CEO ta’ MSV Life ippreżenta trofew ta’ champions lil Omar Said, captain ta’ Athleta.

 

A to Z Electronics Athleta: I. Buldakov, D. Bugeja 8, M. Todorovic 16,  M. Giusti, S. Schembri 11, O. Said 11, D. Schembri 22, A. Bonnici 17, K. Baldacchino, A. Fekete 2.

Depiro: R. Vella 9, JP Schembri, N. Sultana 12, A. Aquilina, A. Portelli 16, A. Micallef 1, E. Lupo, M. Mallia,  I. Tanti, G. Hamlin 16.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.

 

Statistika…

 

Athleta

 

Free throws – 18 on 25

Baskets – 24 on 52

Three pointers – 7 on 9

Rebounds – 52

Assists – 14

Turnovers – 16

Steals – 5

Fouls Suffered – 17

Fouls Made – 11

 

Depiro

 

Free throws – 8 on 11

Baskets – 14 on 47

Three pointers – 6 on 21

Rebounds – 32

Assists – 7

Turnovers – 12

Steals – 10

Fouls Suffered – 11

Fouls Made – 18

 

 





3 Comments

  1. Edmund says:

    I guess it is very appropriate to say CONGRATULATIONS to Depiro as well because they were the surprise of the season. And why not, also to all the others teams – Luxol, Siggiewi, Floriana (another big hit) and Loyola – as they too provided upsets throughout the season.

    [Reply]

  2. Frederick says:

    Well done to the Sliema team and their coaches! Well deserved win!!

    [Reply]

  3. guzeppi says:

    hadd ma jista ghalijhom insomma. proset

    [Reply]

Leave a comment