A to Z Electronics Athleta u Tata Motors Loyola jirbħu r-round preliminari

Monday, November 21, 2011, 9:09

minn Colin Schembri

LOUIS BORG CUP IRĠIEL 

Bupa Luxol 61

A to Z Electronics Athleta 68

(8-10)(14-24)(20-18)(19-16)

Floriana vs Loyola

Floriana vs Loyola

Fl-ewwel leg tar-round preliminari tat-tazza Louis Borg, A to Z Electronics Athleta fetħu vantaġġ ta’ 7 punti fuq Bupa Luxol wara rebħa 68-61. Luxol kienu mingħajr Andrew Cremona u postu ħadhu ż-żagħżugħ Mathias Attard Montalto. Athleta marru fuq quddiem b’basket ta’ Dirk Schembri u Luxol wieġbu b’punti ta’ Marco Mercieca u l-Amerikan Jeron Belin biex marru minn fuq. Pero’ Athleta għamlu run ta’ 8-0 qabel ma’ Belin għalaq is-sessjoni bi trippla għal skor ta’ 8-10. Fit-tieni sessjoni it-timijiet baqgħu viċin xulxin sakemm waslu 5 punti minn Omar Said fosthom trippla biex Athleta marru 6 minn fuq 18-12. Luxol reġgħu naqqsu d-distakk għal basket pero hawn Athleta għamlu break ta’ 13-4 li għalquh bi trippla oħra ta’ Said biex fl-intervall fetħu vantaġġ ta’ 12-il punt 34-22.

Wara l-mistrieħ, Athleta komplew isaħħu l-vantaġġ tagħhom b’run ta’ 8-2 biex żieduh għal 18 –il punt 42-24. Belin għamel trippla biex beda break ta’ 14-4 b’diversi punti wkoll minn Marco Mercieca. Athleta wieġbu b’sitt punti pero’ tilfu lil Michael Naudi b’injury fil-hamstring u bdew l-aħħar sessjoni 10 minn fuq 52-42. L-aħħar sessjoni Athleta bdewha b’basket ta’ Andras Fekete u trippla ta’ David Bugeja. Luxol ma ċedewx u tlett trippli konsekuttivi minn Lee Ross, Jean Paul Bonnici u Antoine Costa ressqu lil Luxol ħames punti viċin 53-58. Punti minn Adison Bonnici u Dirk Schembri taw ftit tan-nifs lil Athleta pero Ross u Bonnici reġgħu għamlu t-trippli tagħhom u Luxol reġgħu resqu viċin. Lejn it-tmiem kien hemm trippla ta’ Kristin Baldacchino biex Athleta rebħu l-partita 68-61.

 

Bupa Luxol:  CJ Cordina, M. Mercieca 12, J. Belin 26, A. M. Trgona 2, L. Ross 6, A. Costa 3, N. Vasovic 2, T. Paris 2, M. A. Montalto, E. C. Montaldo, JP Bonnici 8, S. Capello.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 11, D. Bugeja 5, M. Kuwaid 3, D. Schembri 15, M. Giusti, A. Fekete 2, O. Said 12, I. Buldakov, A. Bonnici 17, K. Baldacchino 3.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Clive Terribile

Tata Motors Loyola 64

Floriana Francesco Fenech 49

(16-5)(16-14)(19-16)(13-14)

Tata Motors Loyola fetħu vantaġġ ta’ 15-il punt meta fl-ewwel leg tar-round preliminari tat-tazza Louis Borg għelbu lil Floriana Francesco Fenech 64-49. Iż-żewġ timijiet kellhom xi uċuh ġodda fejn jispikka l-Amerikan ta’ Loyola Rashanti Harris li spikka taħt il-board bi 33 rebound. Floriana minbarra l-Amerikan Bryant Williams li kien qiegħed jagħmel l-ewwel dehra uffiċjali tiegħu wara l-Gozo Cup, kellhom ukoll lil Adrian Baldacchino u Clayton Calleja jiddebuttaw pero kellhom lil Ian Mercieca nieqes. Loyola fetħu l-partita b’ħames punti konsekuttivi fosthom triplla ta’ David Camilleri. Floriana wieġbu bi freethrow ta’ Chris Sammut pero’ dunk stupenda ta’ Harris bdiet run ta’ 11-4 minn Loyola li biha temmew l-ewwel sessjoni fuq quddiem 16-5. Loyola fetħu t-tieni perjodu b’iktar punti minn Harris bi Floriana jwieġbu b’iktar punti ta’ Sammut fosthom trippla. Loyola mbagħad għamlu seba’ punti mingħajr risposta b’żewġ three pointers ta’ Sean Pace u Stefan Vella. Qabel l-intervall Floriana naqqsu d-distakk bi trippla ta’ Steve Sammut u l-ewwel basket ta’ Williams pero Loyola daħlu jistrieħu 32-19 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni Floriana kellhom l-aħjar bidu meta għamlu run ta’ 8-0 biex naqqsu d-distakk għal 5 punti. Alfred Mifsud għajat time-out għal Loyola u diversi punti ta’ Sean Pace reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 10 punti għal Loyola 40-30. Huma baqgħu jikkontrollaw il-partita fejn approfittaw minn logħob individwali ta’ xi players Furjaniżi biex sa tmiem is-sessjoni kienu 16 minn fuq 51-35. Trippla minn Baldacchino fetħet l-aħħar sessjoni flimkien ma punti minn Steve Sammut pero’ Harris baqa’ ta’ theddida kontinwa għad-difiża avversarja. Trippla oħra ta’ Stefan Vella flimkien mal-punti ta’ David Camilleri kabbret il-vantaġġ ta’ Loyola. Lejn it-tmiem Sammut reġa’ naqqas id-distakk għal Floriana li pero’ ma kienux biżżejjed biex isalvaw il-partita biex Loyola ħarġu rebbieħa 64-49.

Tata Motors Loyola: S. Pace 11, B. Zammit 2, D. Camilleri 9, C. Cassar, S. Borg, L. Azzopardi, S. Vella 7, A. Axiaq 2, J. Anastasi 5, J. Ransley 2, R. Harris 28.

Floriana Francesco Fenech: J. Curmi, N. Mercieca, C. Sammut 19, S. Sammut 10, C. Calleja 5, A. Baldacchino 7, B. Williams 8, A. Sultana, M. Ciantar.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile, Alfred Carbonaro

A to Z Electronics Athleta 72

Bupa Luxol 59

(21-17)(17-16)(18-11)(16-15)

A to Z Electronics Athleta ssiġillaw posthom fis-semifinali tat-tazza Louis Borg fejn wara r-rebħa fl-ewwel partita, rebħu wkoll it-tieni waħda 72-59. Micheal Naudi kien nieqes għal Athleta wara li weġġa’ fil-partita tas-Sibt u kiennieqes ukoll Ivan Buldakov. Għal Luxol irritorna Andrew Cremona. Athleta bdew b’vantaġġ ta’ 7 punti mill-ewwel partita u saħħewh sa’ mill-bidu ta’ din il-partita meta sas-sitt minuta kienu diġa 8 punti minn fuq wara trippla minn Mohammed Kuwaid. Luxol naqqsu d-distakk għal 2 punti wara punti minn Lee Ross pero Kuwaid għamel trippla oħra għal Athleta. Luxol għalqu s-sessjoni bi trippla minn Ross pero xorta kienu għadhom 4 minn taħt 17-21. Luxol bdew aħjar fit-tieni perjodu u punti minn Ross u Jeron Belin wassluhom sa punt taħt l-avversarji. Athelta wieġbu b’run ta 15-2 b’Adison Bonnici jispikka taħt il-board u kien hemm ukoll trippla oħra ta’ Omar Said. Luxol ma ċedewx u fl-aħħar żewġ minuti għamlu disa’ punti konsekuttivi mibdijha bi trippla ta’ Belin biex fl-intervall Athleta kienu 5 minn fuq 38-33.
Luxol kompew inaqqsu d-distakk fil-ftuħ tat-tielet perjodu li bdewh bi trippla ta’ Belin u reġgħu waslu sa basket il-bogħod 40-42. Said u Kuwaid wieġbu għal Athleta. Fis-sitt minuta ic-champions bdew run ta’ 10-1 bil-punti jaslu minn Kuwaid u David Bugeja biex reġgħu fetħu vantaġġ ta 12 –il punt 56-44. Basket ta Kuwaid u trippla ta’ Bugeja fetħu l-aħħar sessjoni qabel ma Luxol għamlu sforz ieħor pero’ l-aktar li wasslu kien sa’ 10 punti 54-64. Athleta baqgħu jikkontrollaw fl-aħħar minuti biex rebħu l-partita 72-59.

A to Z Electronics Athleta: D. Bugeja 15, A. Fekete, D. Schembri 12, M. Giusti, O. Said 8, A. Bonnici 20, K. Baldacchino 4, M. Kuwaid 13.

Bupa Luxol:  CJ Cordina, M. Mercieca 3, J. Belin 31, A. M. Trgona, L. Ross 15, A. Costa, N. Vasovic 4, T. Paris, A. Cremona 1, E. C. Montaldo, JP Bonnici 5, S. Capello.

Referees: Gordon Barbara, Alfred Carbonaro, Clive Terribile

Floriana Francesco Fenech 74

Tata Motors Loyola 66

(14-17)(18-9)(21-18)(21-22)

Floriana Francesco Fenech kisbu l-ewwel rebħa ta’ l-istaġun meta għelbu lil Tata Motors Loyola 74-66. Pero’ din ir-rebħa ma serviethomx biex jagħmluha sas-semifinali tat-tazza Louis Borg hekk kif huma riedu rebħa b’iktar minn 15 –il punt biex jikkwalfikaw. Il-wirja tal-players ta’ Paul Ferrante kienet aħjar minn tas-Sibt fejn l-aħwa Sammut iffunzjonhaw aħjar flimkien ma’ l-Amerikan Bryant Williams. Minn naħa l-oħra Rashanti Williams, l-Amerikan ta’ Loyola, kellhu wirja kbira fejn għamel 41 punt fosthom diversi dunks stupendi li jikkonfermaw il-qawwa ta’ dan il-player grazzi għat-tul u s-saħħa li jipposjedi. Il-bidu tal-partita kien kwiet fejn fil-ħames minuta Floriana kienu punt minn fuq 10-9. Punti minn Williams kabbrulhom il-vantaġġ pero Loyola għalqu s-sessjoni bi break ta’ 8-0 biex temmewha fuq quddiem 17-14. Floriana ġew lura fit-tioerni sessjoni b’div    ersi punti minn Steve Sammut biex fis-seba’ minuta fetħu vantaġġ ta’ 6 punti 25-19. Loyola rrispondew bil-punti ta’ Harris biex naqqsu d-distakk għal tlett punti qabel ma’ Chris Sammut għalaq is-sessjoni bi trippla għal Floriana li daħlu jistrieħu 32-26 minn fuq.

Wara l-mistrieħ, Floriana komplew iżidu l-vantaġġ u hekk kif fetħu distakk ta’ 12 –il punt wara basket ta’ Sammut fir-raba’ minuta bdew deħlin tamiet ġodda għal Floriana. Pero Loyola reġgħu ħasduhom bi trippli minn Billy Zammit u Clint Cassar. Chris Sammut u Williams reġgħu taw vantaġġ ta’ 9 punti lil Floriana 53-44 fi tmiem is-sessjoni. Trippla ta’ Steve Sammut fetħet ir-raba’ sessjoni biex Floriana reġgħu marru 12 minn fuq. Harris kompla jagħmel il-punti ta’ Loyola li fl-aħħar ħinijet minkejja li kienu minn taħt f’din il-partita żammew f’moħħhom l-aggregate u għażlu li jikkontrollaw il-pussess tal-ballun biex Floriana rebħu l-partita 74-66 pero’ huma Loyola li se jilgħabu fis-semifinali.

Intant wara din il-partita telgħu il-poloz tas-semfinali fejn Depiro Mtarfa se jilgħabu kontra Siġġiewi fil-waqt li Tata Motors Loyola jilgħabu kontra A to Z Electronics Athleta.

Floriana Francesco Fenech: J. Curmi, N. Mercieca, C. Sammut 24, S. Sammut 20, C. Calleja 5, A. Baldacchino 6, B. Williams 19, A. Sultana, M. Ciantar.

Tata Motors Loyola: S. Pace 8, B. Zammit 6, D. Camilleri 2, C. Cassar 3, S. Borg, L. Azzopardi, S. Vella 2, A. Axiaq 4, J. Anastasi, J. Ransley, R. Harris 41.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.





Leave a comment