A to Z Electronics Athleta u Siġġiewi jibdew bir-rebħ

Monday, October 15, 2012, 8:24

minn Colin Schembri

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD IRĠIEL

 

 

A to Z Electronics Athleta 69
Pavi Depiro 62

(27-13)(19-15)(2-17)(21-17)

 

Athleta vs Depiro

Athleta vs Depiro

Bidu qawwi tal-partita mic-champions A to Z Electronics Athleta servihom biex meta waslet ir-rimonta ta’ Pavi Depiro setgħu iżommu vantaġġ. Athleta kienu mingħajr Addison Bonnici fil-waqt li Depiro kienu bl-iskwadra kompluta tagħhom. Depiro ħadu l-uniku vantaġġ fil-partita fl-ewwel żewġ minuti b’żewġ baskets ta’ Adrian Micallef. Hawn Athleta għamlu run ta’ 19-2 fosthom trippla ta’ Omar Said u b’Marko Todorovic dominanti taħt il-board. Depiro wieġbu bi trippla ta’ Nigel Sultana pero’ sa tmiem l-ewwel sessjoni, Athleta kienu fetħu vantaġġ ta’ 14-il punt 27-13. Huma kompew iżiduh fil-ftuħ tat-tieni waħda bid-dħul ta’ Kristin Baldacchino li kiseb trippla u żewġ baskets bl-Amerikan Shawn Morgan iwieġeb għal Depiro. Trippla oħra minn Said fis-seba’ minuta rat lil Athleta jiftħu vantaġġ ta’ 21 punt 41-20 għalkemm qabel l-intervall Depiro għamlu break qasir ta’ 6-2 biex naqqsu d-distakk għal 18 –il punt 46-28.

Wara l-mistrieħ, Athleta kienu team differenti u sofrew ir-rimonta ta’ Depiro. Il-players ta’Joe Galeabdew isibu diffikulta biex jagħmlu l-punti u tilfu diversi blalen f’turnovers. Sal-ewwel seba’ minuti, Depiro kienu diġa għamlu run ta’ 11-0 buex naqqsu d-distakk għal 7 punti 39-46. Hawn wasal l-uniku basket ta’ Athleta permezz ta’ Todorovic pero’ Depiro għamlu 6 punti oħra biex fetħu l-partita mil-ġdid fuq skor ta’ 48-45 favur Athleta. Pero’ fl-aħħar sessjoni c-champions reġgħu ġew f’tagħhom għalkemm fl-ewwel erba’ minuti, Depiro kienu għadhom 4 punti biss taħthom 50-54. David Bugeja għamel trippla flimkien ma’ basket minn Todorovic biex Athleta reġgħu ħadu vantaġġ b’figuri doppji. Fl-aħħar ħinijiet Depiro tħabtu biex jerġgħu inaqqsu d-distakk pero’ Athleta kkontrollaw biex rebħu l-partita 69-62.

           

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 2, S. Pace 2, D. Bugeja 16, M. Todorovic 22,  M. Giusti, S. Schembri 3, O. Said 11, K. Baldacchino 13, M. Alexsandrov.

Pavi Depiro: R. Vella 4, JP Schembri, N. Sultana 6, E. Bezzina, A. Aquilina, A. Portelli 6, D. Agius, A. Micallef 15, E. Lupo, M. Mallia, I. Tanti 7, S. Morgan 24.

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro, Clive Terribile

 

Floriana Francesco Fenech 67
Siġġiewi 80

(23-16)(14-27)(13-22)(17-15)

 

Friski mis-suċċess fil-pre-season tournament, Siġġiewi komplew fit-triq tar-rebħ meta fit-tieni partita mis-Saint James Hospital Shield għelbu lil Floriana Francesco Fenech 80-67. Iż-żewġ timijiet kellhom l-aħħar akkwisti neqsin fejn Bevan Scott Camilleri ta’ Floriana u Lee Ross ta’ Siġġiewi iridu jistennew sal-aħħar t’Ottubru biex jibdew jilgħabu. Għal Siġġiewi kien nieqes ukoll Chris Meier u Floriana kienu mingħajr Ian Mercieca. L-aħjar bidu kien ta’ Floriana li permezz tal-Amerikan Philip Thomas u Dirk Schembri bdew jinfdu d-difiża ta’ Siġġiewi u wara 6 minuti kienu 12-7 minn fuq. David Camilleri għamel trippla għal Floriana biex kompla jżidilhom il-vantaġġ  u għalkemm Marco Matijevic wieġeb għal Siġġiewi, l-aħħar punti ġew minn Thomas biex Floriana temmew l-ewwel sessoni 23-16 minn fuq. Chris Sammut fetaħ it-tieni sessoni bi trippla pero’ hawn Siġġiewi wieġbu b’run ta’ 11-0 bi trippla ta’ Peter Shoults li tathom il-vantaġġ għal-ewwel darba 27-26. Floriana wieġbu b’aktar punti minn Schembri u Thomas bi Clayton Agius jagħmel three pointer għal Siġġiewi. Wara azzjoni ta’ tlett punti minn Thomas, Siġġiewi għalqu l-perjodu bi break ieħor ta’ 9-0 biex daħlu jistrieħu 43-37 minn fuq.

Fit-tielet sessjoni r-reazzjoni Furjaniża ma waslitx u Siġġiewi approfittaw bil-punti ta’ Louis Camilleri u Shoults biex kabbru l-vantaġġ għal 15 –il punt 54-39. Siġġiewi komplew juru logħob aħjar u għamlu break ieħor ta’ 9-2 qabel ma Sassoun Saakian għamel trippla għal Floriana. Sa’ tmiem is-sessjoni, il-vantaġġ ta’ Siġġiewi baqa’ ta’ 15 –il punt 65-50. Floriana ppruvaw jerġgħu jidħlu fil-partita fl-aħħar sessjoni pero’ Matijevic beda jwieġeb kontinwament għal Siġġiewi li kabbru d-distakk għal 18 –il punt 756-57. Chris Sammut għamel 7 punti konsekutttivi fosthom trippla għal Floriana pero’ l-ħin kien kontra tagħhom u Siġġiewi setgħu jibqgħu jikkontrollaw sat-tmiem biex rebħu l-partita 80-67.

 

Floriana Francesco Fenech: G. Szokreny, A. Baldacchino, D. Camilleri 5, C. Sammut 15, S. Sammut, C. Calleja 2, D. Schembri 15, P. Thomas 27, M. Ciantar, S. Saakian 3.

Siġġiewi: R. Agius 1, L. Camilleri 13, P. Shoults 24, E. Xuereb, C. Agius 5, A. Borg 11, L. Grech, M. Matijevic 26.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Alfred Carbonaro

 





Leave a comment