A to Z Electronics Athleta u Siġġiewi Derby fil-finali

Monday, April 18, 2011, 11:53

minn Colin Schembri

TAZZA LOUIS BORG

Depiro Mtarfa 53
A to Z Electronics Athleta 77
(14-14)(13-23)(15-22)(11-18)

Siggiewi vs Loyola

Siggiewi vs Loyola

A to Z Electronics Athleta għelbu lil Depiro 77-53 biex għaddew għal finali tat-tazza Louis Borg. Michael Naudi ma ġiex utilliżat mil-coach Joe Galea fil-waqt li għal Depiro rritorna Jeffrey Gatt. Athleta marru 4-0 minn fuq pero’ Depiro wieġbu bi break ta’ 9-0 inkluż trippla ta’ Jean Paul Schembri bex ħadu l-vantaġġ. Athleta reġgħu marru minn fuq bil-punti ta’ Adison Bonnici pero’ sa tmiem is-sessjoni Depiro ppareġjaw 14-14. Fil-ftuħ tat-tieni sessjoni, Athleta fetħu bil-punti ta’ Steve Schembri fosthom trippla flimien ma Kirsten Baldacchino u Bonnici biex fetħu vantaġġ ta’ 7 punti 26-19. Punti mil-linja ta’ Schembri u trippla ta’ Roderick Vella raw lil Depiro jnaqqsu d-distakk 25-28. Athleta għamlu run ta’ 9-2 biex daħlu jistrieħu 10 minn fuq 37-27.

Huma komplew jagħfsu fil-ftuħ tat-tielet perjodu b’run oħra ta’ 6-2 pero’ Depiro ma qagħdux lura u wieġbu bi trippla oħra ta’ Schembri u punti ta’ Isaac Tanti. Athleta għalqu s-sessjoni b’run ta’ 14-5 b’Bonnici jispikka u fetħu vantaġġ ta’ 17-il punt 59-42. Fl-ewwel ħames minuti tal-aħħar perjodu saru biss sitt punti kollha minn Bonnici għall-Athleta. Depiro ppruvaw jerġgħu jidħlu fil-logħba bi break ta’ 7-2 pero baqgħu l-bogħod u Athleta setgħu jikkontrollaw sa tmiem u rebħu l-partita 77-53.

Depiro:  R. Vella 14, J.P. Schembri 16, D. Bugeja 2, A. Aquilina 5, J. Gatt, E. Lupo 4, M. Mallia, I. Tanti 12, G. Mercieca.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi, J. Zammit, C. Galea, E. Bezzina 3, D. Schembri 15, O. Said 9, A. Bonnici 26, K. Baldacchino 8, A. Ryan, S. Schembri 16.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Emanuel Mangani

Siġġiewi Derby 77

Tata Motors Loyola 67
(21-16)(16-11)(18-15)(22-25)

Fit-tieni semifinali il-holders Siġġiewi Derby għelbu lil Tata Motors Loyola 77-67 biex inagħqdu m’Athleta fil-finali. Siġġiewi kellhom lura lil Adrian Micallefu dehru wkoll Louis Camilleri u Nigel Sultana fil-waqt li David Camilleri rritorna għal Loyola. Il-partita fetħet bi 8 punti ta’ Siġġiewi u Loyola wieġbu b’run ta 7-0. Siġġiewi reġgħu għamlu run ta’ 10-2 inkluża trippla ta’ Eman Xuereb. Loyola wieġbu bi tlett baskets bi Xuereb jagħmel trippla oħra bejniethom għal skor ta’ 21-16. Il-vantaġġ ta’ Siġġiewi kiber għal 12-il punt 31-19 wara punti minn Lee Ross u Peter Shoults. Sean Pace u Jovan Mihailovic naqqsu d-distakk għal Loyola u fil-mistrieħ Siġġiewi kienu 10 minn fuq 37-27.

Fit-tielet sessjoni, Siġġiewi reġgħu kabbru l-vantaġġ b’iktar punti minn Shoults. Loyola wieġby bi trippla ta’ Billy Zammit u reġgħu ġew 10 minn taħt 36-46. Punti ta’ Alan Borg kienu mwieġba b’żewġ baskets ta’ Mihailovic u fi tmiem il-perjodu Siġġiewi kienu 13 minn fuq 55-42. Trippla ta’ Pace fetħet l-aħħar sessjoni b’ Siġġiewi jagħmlu break ta’ 10-2 u marru 18 minn fuq 65-47. Loyola ma ċedewx u diversi trippli ta’ Mihailovic u Zammit f’run ta’ 16-6 ressquhom sa’ 7 punti l-bogħod b’żewġ minuti fuq l-arloġġ. Siġġiewi wieġbu bi trippla ta’ Ross u minkejja li Loyola kellhom il-freethrows ta’ Camilleri li naqqsulhom id-distakk, il-ħin kien kontra tagħhom u Siġġiewi ħarġu rebbieħa 77-67.

Siġġiewi Derby: P. Shoults 17, L. Camilleri, J. Doughty, E. Xuereb 10, N. Sultana, A. Borg 13, A. Micallef 6, L. Ross 12, K. Borg 6, M. Matijevic 13.

Tata Motors: S. Pace 10, B. Zammit 13, D. Camilleri 10, S. Borg, G. Cuschieri, M. Cilia, S. Vella, A. Axiaq 1, J. Mihailovic 25, J. Anastasi 2, J. Ransley, A. Tabone 6

Referees: Gordon Barbara, Alfred Carbonaro, Clive Terribile.





1 Comment

  1. JOE MIZZI says:

    dawn huma listest Loyola li il bierah qalau xeba minghand id depiro. ma nistax nifem kief kontra siggiewi titlef 10 punti umbad konta tiem tal listess livel tmur il bahar b’xi 50 punt. fejna il konsistenza tal plejrs.il loyola gralhom bhal luxol….kienu bla kowc ukoll. jew kellhom hafna kowcs fuq il bank.

    [Reply]

Leave a comment