A to Z Electronics Athleta lura fl-ewwel post

Tuesday, February 4, 2014, 12:13

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL

minn Colin Schembri

Floriana Royce 70

Remax Citadel Siġġiewi 74

(11-19)(26-19)(16-15)(17-21)

Remax Citadel Siġġiewi kisbu rebħa drammatika fuq ic-champions Floriana Royce 74-70 fejn sa’ minuta u nofs kienu Floriana li kienu ħamsa minn fuq 70-65. Floriana kellhom l-aqwa wirja minn meta ħa t-tmexxija tat-team Christoph Stolp però sofrew ir-rimonta ta’ Siġġiewi u issa jinsabu ferm il-bogħod minn post fil-play-offs. Il-partita bdiet bil-punti ta’ Siġġiewi minn Ivo Hoeger u Chris Meier però Floriana kellhom ir-risposta minn Derek Elston u Dirk Schembri. Siġġiewi kellhom run ta’ 9-2 b’punti minn Steve Sammut, Alan Borg u Hoeger biex fetħu vantaġġ ta’ seba’ punti 15-8 u minkejja li Elston u David Agius kellhom il-punti għal Floriana, Siġġiewi kellhom baskets minn Lee Ross u Hoeger biex temmew l-ewwel sessjoni 19-11 minn fuq. Fit-tieni perjodu Floriana bdew b’run ta’ 8-0 b’Peter Shoults jagħmel żewġ three pointers. Siġġiewi kellhom il-punti ta’ Marco Matijevic biex reġgħu marru fuq quddiem għalkemm Elston kompla jwieġeb għal Floriana. Wara żewġ baskets fuq kull naħa, Floriana ħadu l-vantaġġ għall-ewwel darba bi trippli oħra ta’ Shoults u David Camilleri u basket minn Clayton Calleja. Lejn tmiem il-perjodu Siġġiewi kellhokm punti minn Hoeger u Chris Sammut buex daħlu jistrieħu punt minn fuq 38-37.

Wara l-intervall, kienu Siġġiewi li bdew bi break ta’ 8-2 b’aktar punti minn Hoeger, Ross u Sammut biex reġgħu fetħu vantaġġ ta’ seba’ punti 46-39. Floriana kellhom break ieħor ta’ 14-6 bil-punti ta’ Dirk Schembri, Elston u David Agius biex reġgħu marru minn fuq 53-52. Ross għamel free-throw minn tnejn biex l-aħħar taqsima bdiet f’parita 53-53. Floriana marru minn fuq bi trippla ta’ Billy Zammit u Agius. Ic-champions komplew b’run ta’ 10-4 b’żewġ baskets oħra ta’ Elston u l-vantaġġ Furjaniż kiber għal seba’ punti 66-59. Fid-disa’ minuta, Floriana kienu għadhom ħames punti minn fuq wara basket ta’ Schembri iżda Hoeger għamel sitt punti kosnekuttivi biex reġa’ poġġa lil Siġġiewi minn fuq u l-partita għalqet bil-freethrows ta’ Ross biex Siġġiewi rebħu l-partita 74-70.

Floriana Royce: O. Shamala, D. Elston 16, D. Camilleri 5, P. Shoults 12, S. Borg 4, B. Zammit 5, C. Calleja 4, D. Schembri 18, D. Agius 6.

Remax Citadel Siġġiewi: C. Meier 7, A. Debattista, S. Sammut 3, C. Sammut 6,  E.Xuereb, L. Camilleri 8, A. Borg 2, L. Ross 12, J.P. Antoncic 1, I. Hoeger 25, M. Mallia, M. Matijevic 10.

Referees: Emanuel Mangani, Clive Terribile.

Bupa Luxol 70

 

Starlites 38

(18-10)(7-6)(20-9)(25-13)

Bupa Luxol komplew fit-triq tar-rebħ meta kisbu rebħa faċli kontra Starlites Naxxar 70-38 fejn għal darb’oħra spikka Samuel Deguara bl-Amerikan Michael Myres Keitt ikollo logħba kwieta fil-punteġġ pero tema’ diversi assists lil sħabu. Starlites ma rnexxielhomx jirrepetu l-wirja li kellhom kontra Floriana biex issa baqgħu b’rebħa waħda fil-kampjonat. L-ewwel punti ġew minn Deguara għal Luxol biex marru 6-2 minn fuq. Basket ta’ Nikola Vasovic fis-sitt munuta żied il-vantaġġ ta’ Luxol 10-4 bi Starlites iwieġbu b’żewġ baskets minn Marco Todorovic u Graham Coliero. Luxol komplew bi break ta’ 5-2 biex temmew is-sessjoni 18-10 minn fuq. It-tieni perjodu kien nieqes mill-punti bl-ewwel baskets jaslu fit-tielet minuta minn Starlites għal darb’oħra minn Todorovic u Coleiro. Hawn Luxol għamlu s-seba’ punti tagħhom minn Vasovic, Deguara u Myres Keitt u fil-halftime Luxol kienu disa’ minn fuq 25-16.

Fit-tielet taqsima Luxol bdew b’run ta’ 9-0 bi tlett baskets minn Deguara. Starlites wieġbu biss b’żewġ freethrows ta’ Coleiro qabel ma CJ Cordina u Marco Mercieca żiedu l-vantaġġ ta’ Luxol 38-18. Sa’ tmiem is-sessjoni kien hemm punti fuq kull naħa biex Luxol żammew il-vantaġġ ta’ 20 punt 45-25. Ir-raba’ sessjoni wkoll bdiet bil-baskets fuq kull naħa u kienet bilanċjata sar-raba’ minuta. Hawn Luxol kellhom run oħra ta’ 9-0 b’ Myres Keitt finalment isib il-forma u jikseb diversi punti flimkien ma’ Deguara. Startlites kellhom trippla minn Saviour Bonnici iżda Luxol komplew jikkontrollaw sat-tmiem fejn għamlu break ieħor ta’ 7-0 bi trippla ta’ Myres Keitt biex rebħu l-partita 70-38.

Bupa Luxol: C.J. Cordina 3,  M. Mercieca 2, A. Micallef 2, N. Andrejevic, J. Willoughby, J.P. Schembri, N. Vasovic 16, J.P. Bonnici, M. Myres Keitt 17, A.Micallef Trigona, S. Deguara 30, S. Capello.

Starlites: M. Todorovic 12, R. Loporto 2, R. Bonnici 2, A. Schembri, S. Bonnici 5, A. Cutajar, J. Curmi, B. Soler 2, J. Zammit 3, G. Coleiro 12.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Clive Terribile.

Pavi Depiro 66

A to Z Electronics Athleta 80

(14-21)(21-14)(11-27)(20-18)

A to Z Electronics Athleta reġgħu telgħu fl-ewwel post tal-klassifika bl-istess punti daqs Pavi Depiro iżda fl-ewwel post bid-differenza tal-baskets u bil-konfronti diretti. Athleta għamlu l-logħba tagħhom wara l-mistrieħ hekk kif fl-intervall iż-żewġ timijiet kienu ndaqs 35-35. Depiro kienu mingħajr Nigel Sultana fil-waqt li Kristen Baldacchino u Sebastien Bischoff kienu nieqsa għall- Athleta. L-Awstraljan ta’ Depiro Matthew Adekponya din id-darba kien magħsses tajjeb ħafna mid-difiża tal- Athleta fejn ma rnexxielux iħalli l-impatt kif għamel fl-ewwel partita tiegħhu kontra Siġġiewi. Athleta bdew bil-punti ta’ Michael Naudi u Chad Patus  flimkien ma’ Steve Schembri. Depiro kellhom il-punti ta’ Adekponya flimkien ma’ Abraham Portelli u fit-tmien minuta basket biss kien jifred liż-żewġ timijiet bl-Athleta minn fuq 14-12. Athleta kellhom break ta’ 7-2 b’aktar punti ta’ Naudi u Schembri u temmew is-sessjoni seba’ minn fuq 21-14. Fil-ftuħ tat-tieni sessjoni ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin però Depiro kellhom żewġ trippli minn Andrew Aquilina u Roderick Vella u naqqsu d-distakk għal tlett punti 24-27. Omar Said kellhu three pointer għall-Athleta  iżda Adekponya wkoll kellhu żewġ trippli biex Depiro ħadu l-vantaġġ 35-34 qabel ma Patus għamel freethrow għal parita 35-35.

Wara l-intervall, Athleta bdew aktar qawwi mill-avversarji fejn għamlu run ta’ 10-2 bil-punti kollha jaslu minn Naudi u Patus li kellhu wkoll trippla. Ir-risposta ta’ Depiro ġiet minn Isaac Tanti u Samuel Bartolo però Athleta komplew b’run oħra ta’ 11-2 bi trippla ta’ Schembri. Depiro kellhom trippla ta’ Aquilina u basket ta’ Bartolo però Athleta wkoll kellhom ħames punti minn Patus għal skor ta’ 62-46. Athleta temmew kull tama ta’ Depiro meta bdew l-aħħar sessjoni bi break ieħor 8-2. Wara basket ta’ Vella għal Depiro, Athleta komplew bi break ta’ 9-2 bi trippla ta’ Shawn Pace biex fetħu vantaġġ ta’ 25 punt 79-52. Hawn Depiro għaqqdu run ta’ 12-0 bi trippli ta’ Vella u Aquilina li serviet biex iġibu l-iskor aktar rispettabli u Athleta rebħu l-partita 80-66.

Pavi Depiro: R. Vella 13, M. Adekponya 14, A. Aquilina 13, A. Portelli 6, S.P. Bartolo 10, A. Axiaq, E. Lupo, I. Tanti 10, M. Agius.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 27, D. Bugeja 12, C. Patus 24, W. Spiteri, O. Said 5, S. Pace 3, C. Galea,S. Schembri 9.

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Clive Terribile.

 

Klassifika Kampjonat Bank of Valletta Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
A to Z Electronics Athleta

7

5

2

12

530

490

Pavi Depiro

7

5

2

12

511

457

Bupa Luxol

7

4

3

11

524

465

Remax Siġġiewi Citadel

7

4

3

11

459

437

Floriana Royce

7

2

5

9

483

509

Starlites

7

1

6

8

387

536





Leave a comment