A to Z Electronics Athleta l-ewwel finalisti

Wednesday, May 18, 2011, 12:43

minn Colin Schembri

KAMPJONAT L-EWWEL DIVIŻJONI

Siġġiewi Derby 57
Bupa Luxol 75

(18-11)(15-18)(9-23)(15-23)

Athleta vs Siġġiewi

Athleta vs Siġġiewi

Il-kampjonat tal-ewwel diviżjoni nfetaħ beraħ hekk kif Bupa Luxol għelbu lil Siġġiewi Derby 75-57 u issa ġew punt biss taħthom fic-championship pool. Siġġiewi kellhom lil Peter Shoults u Lee Ross neqsin bil-Luxol ikunu bil-formazzjoni tipika tagħhom. Siġġiewi marru 8-4 minn fuq pero’ Luxol wieġbu bi break ta’ 7-0 fosthom trippla ta’ Petar Apcev u marru 11-8 minn fuq. Siġġiewi għalqu l-perjodu b’run oħra ta’ 10-0 bi trippla oħra t’Alan Borg u temmew is-sessjoni 18-11 minn fuq. Huma żammew dan il-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni sessjoni sakemm Luxol għamlu run qawwija ta’ 13-0 b’Robert Azzopardi jispikka u marru 27-22 minn fuq. Siġġiewi ppareġjaw bi trippla oħra minn Borg u sensiela ta’ freethrows tawhon vantaġġ t’4 punti fil-halftime 33-29.

Punti konsekuttivi minn Apcev u trippla ta’ Marco Mercieca reġgħu taw vantaġġ lil Luxol 40-37. Borg reġa’ wieġeb għal Siġġiewi pero’ Luxol għalqu s-sessjoni b’run ta’ 12-3 u fetħu vantaġġ lil Luxol 52-42. Fl-aħħar perjodu Luxol inqatgħu iktar mill-avversarji bi trippli ta’ Apcev u Nikola Vasovic. Siġġiewi naqqsu d-distakk għal 10 punti pero’ Luxol baqgħu jwieġbu bi break ta’ 7-0. Minkejja li lejn it-tmiem, Siġġiewi reġgħu waslu viċin 57-67, kienu Luxol li għamlu l-aħħar 8 punti tal-partita biex ħarġu rebbieħa 75-57.

 

Siġġiewi Derby: J. Doughty, E. Xuereb 3, A. Borg 17, A. Micallef 8, K. Borg 7, J. Jetson 6, M. Matijevic 16.

Bupa: CJ. Cordina, M. Mercieca 4, R. Azzopardi 14, A. M. Trigona, P. Apcev 27, A. Costa 3, N. Vasovic 7, T. Paris, A. Cremona 5, E.C. Montalto, J.P. Bonnici 15, S. Capello.

Referees: Bernard Vassallo, Alfred Carbonaro, Alfred Carbonaro.

 

A to Z Electronics Athleta 74

Siġġiewi Derby 51

(23-2)(19-10)(11-19)(21-20)

Fit-tieni partita mic-championship pool tal-irġiel reġgħu kienu mpenjati Siġġiewi Derby din id-darba kontra A to Z Electronics Athleta. Kienu Athleta li rebħu din il-partita 74-51 biex b’hekk huma aċċertaw posthom fil-finali u issa jħallu lill-istess Siġġiewi u Bupa Luxol jissieltu bejniethom għat-tieni post. Il-partita ttardjat madwar ħames minuti hekk kif kien hemm biss żewġ referees u mhux tlieta. Siġġiewi sabu oġezzjoni għal dan pero wara diskussjonijiet kien deċiż li l-partita titkompla. Siġġiewi reġa’ kellhom nieqsa lil Peter Shoults u Lee Ross fil-waqt li Athleta rkupraw lil Steve Schembri pero’ kienu mingħajr Etienne Bezzina u Chris Galea. Athleta mall-ewwel urew l-intenzjonijiet tagħhom hekk kif huma ddominaw l-ewwel sessjoni kompletament. Mgħejjuna minn nuqqas ta’ ħeġġa u entużjażmu li donnhu ħakem lil players ta’ Siġġiewi, huma għamlu run ta’ 19-0 fosthom trippla ta’ Kristin Baldacchino u punti minn Dirk Schembri u Michael Naudi u ħallew lil Siġġiewi fuq basket wieħed biss għal skor ta 23-2. Sa nofs it-tieni perjodu, Athleta kabbru l-vantaġġ tagħhom għal 25 punt 31-6 wara trippla oħra ta’ Baldacchino. Bir-risposta ta’ Siġġiewi tibqa ma tasalx, ma’ kienetx sorpriża li Athelta daħlu jistrieħu 30 punt minn fuq 42-12.

Fit-tielet sessjoni Athleta komplew ikabbru l-vantaġġ bi trippla ta’ Steve Schembri u basket ieħor ta’ Naudi b’Marco Matijevic jagħmel basket bejniethom għal Siġġiewi. Siġġiewi mbagħad donnhom li ġew f’tagħhom u għamlu run ta’ 16-0 biex naqqsu d-distakk għal 17-il punt 30-47. Athleta għalqu l-perjodu bi break ta’ 6-1 ghal skor ta 53-31. L-aħħar sessjoni bdiet bil-punti ta’ Dirk Schembri bis- Siġġiewi jwieġbu bi break ta’ 7-0 qabel ma’ Omar Said għamel trippla għal Athleta. Fis-sitt minuta Athleta bdew run finali ta 14-6 inkluza trippla oħra minn Baldacchino biex finalment rebħu l-partita 74-51.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 19, J. Zammit, D. Schembri 13, O. Said 11, A. Bonnici 4, K. Baldacchino 19, A. Ryan 5, S. Schembri 3.

Siġġiewi Derby: J. Doughty, E. Xuereb, A. Borg 1, A. Micallef 10, K. Borg 2, J. Jetson 8, M. Matijevic 30.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani.

Klassifika Kampjonat Irġiel – Championship pool
Team Logħob Rebħ Telf Punti
A to Z Electronics Athleta 13 12 1 25
Siggiewi Derby 14 8 6 20
Bupa Luxol 13 6 7 19

It-timijiet ġarrew il-punti tal-ewwel fażi. Fit-tieni fażi ma jingħatawx punti għat-telf.





5 Comments

  1. Truly Bball Lover says:

    Mizzi.. you forgot what just happened few weeks ago cause Siggiewi lost a game … ??
    I do not side luxol.. well i side no one …i just love bball

    [Reply]

  2. Ali says:

    Donnok taf iktar minn kulhadd Mr. Mizzi!!!!!

    [Reply]

    Pascal Reply:

    Blghajat u blistorbju tal-membri parlamentari jintela ta’ Qali. Jew ahjar Bi plejers irresponsabli, li jinzlu ghaloghob biex jintimidaw lill-avversarju, lis-sapporters avversarji bhekk biss ser ikun mimli ta’Qali….. Biex taraw minn vera jidhaq l-ahhar jidhaq l-ahjar…

    [Reply]

  3. JOE MIZZI says:

    Lee Ross veru nieqes jew tal Luxol xrawh diga ghas sena iddiehla allura importanti li ma jinsilx ghal loghba.Dawn tal Luxol ma tistax tafdhom. L istess kief gara il bierah. Is super champions ta Malta tilfu kontra il Luxol, hekk biss biex eliminaw lis siggiewi mit tieni post. Kief tista timla ta Qali meta hemm din il forma ta hmicc. Viva il liri ghax bijhom biss timxi.

    [Reply]

    Whip Reply:

    If you can prove what you are saying and have concrete facts then follow the correct channels. however if you are really at ta qali you would know why the player you mentioned didnt play vs Luxol.

    [Reply]

Leave a comment