- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

A to Z Electronics Athleta jtemmu l-ewwel round b’punti massimi

Posted By Sportinmalta On February 6, 2012 @ 8:54 am In Basketball,Featured | 99 Comments

minn Colin Schembri

Kampjonat MSV Life Irġiel

Floriana Francesco Fenech 82

Bupa Luxol 69

(14-15)(14-20)(14-9)(14-26)

Depiro vs Loyola

Depiro vs Loyola

Floriana Francesco Fenech temmew l-impenji tal-ewwel round fil-kampjonat MSV Life b’rebħa importanti ferm fuq Bupa Luxol 82-69 biex bis-saħħa tal-konfront dirett qabżuhom fil-klassifika. Din kienet l-ewwel rebħa fl-istorja tal-club ta’ Floriana fuq it-team ta’ Luxol. Għal darb’oħra il-players Amerikani spikkaw fuq kull naħa – Evan Fjeld għal Floriana u Jeron Belin għal Luxol li kellhom ukoll 38 punt kull wieħed. Il-partita fetħet b’basket minn Marco Mercieca għal Luxol pero’ Floriana għamlu run ta’ 11-2 biex ħadu l-ewwel vantaġġ. Luxol malajr wieġbu bi trippli minn Jean Paul Bonnici, Belin u Mercieca f’run ta’ 18-4 biex temmew l-ewwel sessjoni 22-15 minn fuq. Fit-tieni sessjoni Luxol komplew isaħħu l-vantaġġ tagħhom b’iktar punti minn Belin u Nikola Vasovic. Paul Ferrante għajjat time-out għal Floriana u ħalla l-frott għaliex Floriana għamlu run ta’ 15-0 bi Fjeld jispikka u b’Belin issa ikkontrollat. Kien imiss lil John Tabone jagħjjat it-timeout u Luxol wieġbu b’baskets minn Bonnici u Belin biex reġgħu ħadu l-vantaġġ. Fjeld kompla jirrispondi għal Floriana pero’ bħalu għamel Belin biex fl-intervall Luxol kienu punt minn fuq 37-36. Floriana fetħu t-tielet sessjoni bi break qasir ta’ 6-2 b’punti minn Fjeld u Chris Sammut. Il-partita għaddiet minn fażi verament sabiħa biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin kontinwament u wara basket ta’ Belin punt biss kien jifred liż-żewġ timjiet bi Floriana fuq quddiem 46-45. Run ta’ 8-2 minn Floriana kabbritilhom il-vantaġġ qabel ma Bonnici għamel trippla oħra għal Luxol. Pero’ kien Sammut li għalaq il-perjodu bi trippla minn distanza konsiderevoli u basket fl-aħħar sekonda biex Floriana temmew is-sessjoni 9 minn fuq 59-50. Għal darb’oħra ż-żewġ timijiet bdew iwieġbu lil xulxin fil-ftuħ ta’ l-aħħar sessjoni biex sal-ħames minuta d-distakk baqa’ l-istess bil-Furjaniżi fuq quddiem 65-56. Fjeld u Ian Mercieca mbagħad kabbru l-vantaġġ ta’ Floriana li marru 13 minn fuq u baqgħu sejrin biex rebħu l-partita 82-69

Floriana Francesco Fenech: J. Curmi, C. Sammut 12, I. Mercieca 8, S. Sammut 13, C, Calleja 7, A. Baldacchino 2, E. Fjeld 38, A. Sultana, M. Ciantar 2.

 Bupa Luxol: CJ Cordina 2, M. Mercieca 5, J. Belin 38, A. M. Trgona, L. Ross 2, A. Costa N. Vasovic 8, T. Paris, M. A. Montalto, E. C. Montaldo, JP Bonnici 14, S. Capello.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Alfred Carbonaro.

A to Z Electronics Athleta 67

Siġġiewi 54

 (18-13)(20-8)(14-18)(15-15)

Ic-champions A to Z Electronics Athleta għamluhom ħames rebħiet minn ħames partiti fil-kampjonat meta għelbu lil Siġġiewi 67-54. Il-problemi għal Siġġiewi donnhom ma jistgħux jieqfu dan l-istaġun fejn fit-tielet sessjoni tilfu lil Louis Camilleri b’injury u mistenni jibqa barra mil-logħob għal xi ġimgħat. Athleta li kienu mingħajr Andras Fekete ma setax kellhom bidu aħjar meta bdew il-partita b’run qawwija ta’ 16-0 mibdija u magħluqa b’żewġ trippli ta’ Omar Said. Siġġiewi bdew jirkupraw bi trippla ta’ Alan Borh flimkien ma tnejn ta’ Camilleri biex fi tmiem is-sessjoni kienu 13-18 minn taħt. Ic-champions reġgħu bdew qawwi fit-tieni perjodu meta reġgħu għamlu break ta’ 11-0 b’iktar three pointers ta Michael Naudi u Steve Schembri. Borg reġa waqqfilhom ir-run bi trippla pero’ iktar punti ta’ Naudi u Schembri raw lil Athleta jidħlu jistrieħu 38-21 minn fuq. Wara l-intervall Siġġiewi bdew xi ftit aħjar u punti minn Marco Matijevic fosthom trippla rawhom inaqqsu d-distakk għal 11 –il punt 31-42. Pero’ hawn waslu iktar trippli minn Naudi li kellhu partita tajba ferm biex Athleta bdew l-aħħar sessjoni 13 minn fuq 52-39. Siġġiewi tħabtu biex ikomplu jnaqqsu d-distakk meta anke waslu żewġ three pointers minn Karl Borg. Wara baskets ta’ Naudi u l-aħwa Schembri, Siġġiewi għamlu break qasir ta’ 6-0 biex waslu sa’ 10 punti ‘l bogħod. Pero Athleta kkontrollaw tajjeb fl-aħħar minuti u għalqu l-partita b’punti minn Naudi u Marco Todorovic biex rebħu l-partita 67-54.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 26, I. Buldakov, D. Bugeja, M. Todorovic 9, M. Giusti, O. Said 11, D. Schembri 5, A. Bonnici 2, K. Baldacchino, S. Schembri 14.

Siġġiewi: R. Agius, L. Camilleri 8, E. Xuereb, A. Borg 9, K. Borg 8, C. Maeir 13, C. Codomaris, M. Matijevic 16.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro

 

Depiro 65 Tata Motors Loyola 59

(8-11)(20-20)(19-12)(18-16)

Depiro Mtarfa rritornaw għar-rebħ meta fil-partita li għalqet l-ewwel round tal-kampjonat MSV Life għelbu lil Tata Motors Loyola 65-59 f’partita missielta. Depiro kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom fil-waqt li għal Loyola rritorna Joshua Anastasi li pero’ ma kienx utiliżżat mil-coach Alfred Mifsud l-istess bħal Billy Zammit. Greg Hamlin fetaħ il-partita għal Depiro b’żewġ baskets fl-ewwel tlett minuti. Rashanti Harris wieġeb għal Loyola bil-punti jibqgħu ġejjin bil-mod tant li sas-seba’ minuta Depiro kienu 8-4 minn fuq. Loyola pero’ għalqu s-sessjoni b’run ta’ 7-0 biex temmew is-sessjoni fuq quddiem 11-8. Depiro reġgħu ħadu l-vantaġġ fit-tieni sessjoni b’żewġ baskets minn Adrian Micallef pero’ Loyola malajr wieġbu permezz ta’ Anton Axiaq. Huma baqgħu fuq quddiem wara trippla ta’ Jean Paul Azzopardi u iktar punti minn Harris pero eżatt mal-horn Roderick Vella għamel trippla u fl-intervall il-vantaġġ ta’ Loyola niżel għal 3 punti 31-28. Fit-tielet sessjoni Depiro kellhom l-aħjar bidu meta għamlu 7 punti mingħajr risposta minn Hamlin u Andrew Aquilina. Harris u Axiaq irrispondew għal Loyola pero Vella u Micallef ħallew lil Depiro fuq quddiem. Trippla ta’ Vella ġiet annulatta minn oħra ta’ David Camilleri li flimkien ma’ Harris reġgħu ressqu lil Loyola basket il-bogħod 43-45. Depiro temmew il-perjodu b’basket ta’ Aquilina pero sat-tielet minuta tal-aħħar sessjoni Loyola ġabu l-iskor indaqs 50-50. Hawn saru xi protesti minn fuq il-bank ta’ Loyola li kkontestaw shot jekk ħabatx mar-ring u ta’ dan pattew qares għax mill-freethrows u l-attakk sussegwenti Depiro reġgħu ħadu vantaġġ ta’ 5 punti 55-50. Vella kompla bit-three pointers tiegħu u għalkemm fid-disa’ minuta Sean Pace għamel trippla li naqqset id-distakk għal Loyola, ma kienx għad fadal wisq ħin u Depiro ħarġu rebbieħa 65-59.

Depiro: R. Vella 18, JP Schembri, A. Aquilina 10, A. Portelli 5, A. Micallef 16, E. Lupo 2, M. Mallia, I. Tanti 2, G. Hamlin 12.

Tata Motors Loyola: S. Pace 7, B. Zammit, D. Camilleri 5, S. Borg, L. Azzopardi, S. Vella 2, A. Axiaq 11, JP Azzopardi 3, J. Anastasi, J. Ransley, R. Harris 31.

Referees: Steve Gouder, Gordon Barbara, Clive Terribile

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/a-to-z-electronics-athleta-jtemmu-l-ewwel-round-b%e2%80%99punti-massimi/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.