A to Z Electronics Athleta jirbħu t-tielet unur tagħhom

Tuesday, May 24, 2011, 11:06

minn Colin Schembri

Siġġiewi Derby 56 – A to Z Electronics Athleta 85
(8-19)(18-17)(12-19)(18-30)

Ir-raba’ unur tal-istaġun mar għand A to Z Electronics Athleta meta rebħu l-finali tal-Bank of Valletta knock out kontra Siġġiewi Derby 85-56. Din kienet it-tmien darba li Athleta rebħu dan l-unur. Siġġiewi rkupraw lil Peter Shoults u Lee Ross u Athleta lil Omar Said.

Il-bidu tal-partita kien bilanċjat u fir-raba’ minuta kien hemm parita 6-6. Athleta għamlu run ta’ 11-0 fosthom trippla ta’ Said u fi tmiem is-sessjoni kienu 19-8 minn fuq. Wara basket ta’ Marco Matijevic fetaħ it-tieni sessjoni, Athleta għamlu run oħra ta’ 10-0 bi trippla oħra ta’ Said u waħda minn Steve Schembri għal vantaġġ ta’ 19-il punt 29-10. Siġġiewi ġew lura bi break ta’ 12-2 biex naqqsu d-distakk pero’ fl-aħħar attakk Said għamel trippla oħra u fl-intervall Athleta kienu 10 minn fuq 36-26.

Fit-tielet perjodu Siġġiewi resqu iktar viċin wara break ta’ 7-2 inkuża trippla ta’ Ross. Hawn Athleta għamlu run ta’ 17-3 b’diversi freethrows biex temmew is-sessjoni 55-38 minn fuq. Fl-aħħar sessjoni Athleta bdew b’run oħra ta’ 9-0 fl-ewwel erba’ minuti. Wara baskets ta’ Matijevic, Athleta wieġbu bi trippla ta’ Adison Bonnici u oħra ta’ Said. Fl-aħħar ħinijiet Athleta żiedu l-vantaġġ b’run oħra ta’ 12-3 u l-partita kienet mitmuma fejn Siġġiewi temmewha bi break ta’ 8-2 u Athleta 85-56. Fit-tmiem il-partita s-Sur Edward Muscat Azzopardi, Marketing and PR Manager tal-Bank of Valletta ppreżenta t-trofew lil Michael Naudi captain ta’ Athleta.

Siġġiewi Derby: P. Shoults, J. Doughty, E. Xuereb, A. Borg 2, A. Micallef 13, L. Ross 11, K. Borg 3, J. Jetson 6, M. Matijevic 21

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 15, J. Zammit, C. Galea,, E. Bezzina, D. Schembri 13, O. Said 24, A. Bonnici 11, K. Baldacchino 7, A. Ryan 1, S. Schembri 14.

Referees: Bernard Vassallo, Alfred Carbonaro, Gordon Barbara.





3 Comments

  1. il chalet taghna says:

    You are all like old folks, bitching every time you lose. You even managed to stop the league for two months because you could not take a Luxol defeat!!!!
    When you point a finger at Athleta, check your hand as you have four pointing at yourselves.
    Your intimidation and provocation has to stop. And please keep David Agius out of any argument.

    [Reply]

  2. Nathan says:

    il bdiewa bdit mill player tas-siggiewi stess, Karl Borg.
    wara li rebhu lis-Sliema ikkumenta fuq il kort kemm ukoll xanfuq il-facebook, bkummenti bhal “the dream team got beat the farmers”.

    [Reply]

  3. karmnu says:

    IL-FARSA TAS-SENA KIENET DIN!!! IT-TAGHJJIR TAL-ATHLETA KIEN DIRETT LEJN IS-SIGGIEWI U LEJN IS-SIGGIEWIN. U BILLI GHAJJARTUNA BDIEWA, M’HEMM XEJN HAZIN LI TKUN BIDWI. HAZIN IR-RAZZIZMU MELA XOGHOL NADIF. U ALLA JBIEREK KOLLOX TAHT GHAJNEJN IT-TMEXXIJA TAL-MBA!!!!!!! IMMA DAWN MHUX DAVID AGIUS ALLURA JISTGHU

    [Reply]

Leave a comment