- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

A to Z Electronics Athleta jirbħu t-t-tielet unur tal-istaġun

Posted By sportinmalta1 On January 27, 2014 @ 6:17 pm In Basketball,Featured | No Comments

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD IRĠIEL

minn Colin Schembri

A to Z Electronics Athleta 78

Floriana Royce 65

(14-14)(23-8)(20-24)(21-19)

A to Z Electronics Athleta rebħu s-St.James Hospital Shield meta għelbu lic-champions Floriana Royce 78-65. Din kienet ir-raba’ darba konsekuttiva li Athleta rebħu dan l-unur biex b’hekk laħqu r-rekord li kienu waqqfu l-EneMalta Paola Stars bejn l-istaġuni 1986/7 u 1989/90. Floriana kienu għelbu lil Athleta 61-56 fil-kampjonat però din id-darba, it-team ta’ Joe Galea ħareġ rebbieħ biex Athleta s’issa rebħu t-tlett unuri li saru meta aktar kmieni fl-istaġun rebħu wkoll is-Super Cup u l-Pre-season Tournament. Il-partita kellha bidu kwiet tant li wara l-ewwel erba’ minuti kien hemm biss żewġ punti fuq kull naħa. Floriana ħadu l-vantaġġ bil-punti ta’ Clayton Calleja u Derek Elston u f’nofs is-sessjoni kienu 7-2 minn fuq. Athleta wieġbu bil-baskets ta’ Michael Naudi flimkien ma’ David Bugeja però Elston ħalla lic-champions fuq quddiem. Athleta ħadu l-vantaġġ għall-ewwel darba wara ħames punti konsekuttivi ta’ Chad Patus 11-0 iżda baskets ta’ Dirk Schembri u Elston reġgħu poġġew lil Floriana minn fuq. Hawn kien hemm ir-risposta tal-Athleta permezz ta’ Naudi u s-sessjoni għalqet f’parita 14-14. Sat-tielet minuta tat-tieni perjodu Floriana kienu għadhom minn fuq 20-17 wara baskets minn Sean Borg u Elston. Hawn però l-Amerikan ta’ Floriana kellhu jinbidel wara injury u Athleta malajr approfittaw b’run ta’ 13-0 bil-punti ta’ Patus, Naudi u Omar Said. Elston daħal lura fuq il-court u kellhu wkoll trippla però anke Steve Schembri għamel three pointer għall- Athleta li daħlu jistrieħu 37-22 minn fuq.

Floriana bdew it-tielet sessjoni b’basket ta’ Elston u trippla ta’ Peter Shoults biex reġgħu naqqsu d-distakk għal 10 punti. Hawn Athleta kellhom tlett baskets mingħajr risposta minn Patus u Bugeja. Wara basket ta’ Calleja u t-tieni trippla ta’ Shoults għal Floriana, it-taqsima kompliet biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin fejn kien hemm erba’ baskets fuq kull naħa biex il-vantaġġ tal-Athleta baqa’ l-istess 51-40 fis-seba’ minuta. Athleta kellhom żewġ baskets oħra minn Patus u Naudi u minkejja li Elston u Schembri wieġbu għal Floriana, Athleta bdew ir-raba u l-aħħar taqsima 11 minn fuq 57-46. Punti konsekuttivi minn Said żiedu l-vantaġġ tal-Athleta li fis-seba’ minuta kellhom ukoll run ta’ 7-0 bi trippla tal-istess Said biex fetħu vantaġġ ta’ 21 punt 71-50. Floriana ppruvaw jerġgħu jidħlu fil-partita u kellhom break ta’ 8-2 b’punti ta’ Shoults, Elston u David Agius. Huma komplew b’oħra ta’ 7-0 iżda ma kienx għad fadal ħin u Athleta għalqu l-partita b’żewġ freethrows ta’ Patus biex rebħu l-partita 78-65 u t-tazza. Fi tmiem il-partita s-Sur Paul Sultana President tal-MBA ppreżenta t-tazza lil captain tal- Athleta Michael Naudi.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 23, B. Bartolo, D. Bugeja 9, C. Patus 25, C. Galea, M. Giusti, O. Said 14, S. Pace, D. Ross, K. Baldacchino, S. Bischoff, S. Schembri 7.

Floriana Royce: O. Shamala, D. Elston 26, D. Camilleri, P. Shoults 10, S. Borg 4, B. Zammit, C. Calleja 7, D. Schembri 16, D. Agius 2.

Referees: Bernard Vassallo, Gordan Barbara, Clive Terribile.

Ritratti: MBA Facebook: https://www.facebook.com/media/set/?set=a.477981765640640.1073741910.113448038760683&type=1


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/a-to-z-electronics-athleta-jirbhu-t-t-tielet-unur-tal-istagun/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.