A to Z Electronics Athleta jippareġjaw is-serje finali

Sunday, April 7, 2013, 23:11

KAMPJONAT BANK OF VALLETTA IRĠIEL – FINALI

minn Colin Schembri

A to Z Electronics Athleta 80

Floriana Francesco Fenech 69

(14-18)(19-14)(16-18)(31-19)

 

Ic-champions A to Z Electronics Athleta ippareġjaw is-serje finali meta fit-tieni partita għelbu lil Floriana Francesco Fenech 80-69. Il-partita għalkemm m’offrietx l-istess esperjenza tal-ewwel finali li kienet deċiża wara tlett sessjonijiet ta’ ħin barrani, xorta waħda kienet eċitanti u ħalliet lil pubbliku numeruż f’Ta’ Qali fuq ix-xwiek għal ħin twil. B’Michael Naudi u Marko Todorovic f’ġurnata tajba, Athleta naqqsu ħafna mill-ħsara tal-Amerikan Matt Glass taħt il-board u ddefendew aħjar biex ħadu rebħa ferm importanti.

Wara li Todorovic fetaħ il-partita, Floriana wieġbu b’żewp baskets ta’ Glass u ieħor ta’ Dirk Schembri biex ħadu l-vantaġġ. Naudi wieġeb għac-champions però Schembri kompla jsib spazju fiż-żona avversarja u l-punti tiegħu ħallew lil Floriana fuq quddiem 11-6. Il-Furjaniżi komplew iżidu d-distakk wara trippla ta’ David Camilleri u basket minn Chris Sammut qabel ma Naudi kellhu żewġ baskets oħra għal Athleta però kienu Floriana li temmew is-sessjoni minn fuq 18-14. Fit-tieni taqsima, Floriana żiedu d-distakk wara trippla minn Bevan Scott u basket ta’ Camilleri u fetħu vantaġġ ta’ 9 punti 25-16. Huma żammew dan il-vantaġġ sal-ħames minuta meta kellhom trippla oħra minn Camilleri. Hawn waslu tlett trippli wara xulxin minn Athleta permezz ta’ Kristin Baldacchino, Omar Said u Steve Schembri li tawhom vantaġġ ta’ punt 29-28. Athleta komplew bil-baskets ta’ Naudi u Schembri però fl-aħħar minuta free-throws minn Glass u basket ta’ Scott naqqsu d-distakk għal Floriana biex fl-intervall, punt kien jifred liż-żewġ timijiet bl-Athleta fuq quddiem 33-32.

Fil-bidu tat-tielet sessjoni ż-żewġ timijiet bdew jirrispondu lil xulxin biex Athleta żammew il-vantaġġ 39-38. Wara basket ta’ David Bugeja, kien Camilleri li ppareġja bi trippla 41-41. Is-sessjoni kompliet tkun bilanċjata b’baskets fuq kull naħa u kien Ian Mercieca li kiseb trippla għal Floriana li tathom vantaġġ ta’ punt li żammew sa’ tmiem it-taqsima 50-49. Athleta dawwru l-iżvantaġġ wara żewġ minuti mill-aħħar sessjoni wara punti minn Baldacchino u Todorovic. Freethrows żbaljati fuq iż-żewġ naħat, ħallew lil Floriana fuq quddiem 56-55 qabel ma Baldacchino bi trippla reġa poġġa lic-champions minn fuq 58-56. Fil-ħames minuta kien hemm trippla fuq kull naħa minn Schembri u Camilleri. Hawn Athleta kellhom run qasira iżda mportanti ta’ 10-4 b’punti minn Naudi u Todorovic flimkien ma’ trippla ta’ Said biex fit-tmien minuta kienu disgħa minn fuq 73-64. Floriana ppruvaw jerġgħu jidħlu fil-partita però sabu difiża agressiva minn naħa tac-champions li bdew l-aħħar minuta 10 minn fuq 76-66. Lejn it-tmiem kien hemm il-ħames trippla ta’ Camilleri però l-ħin kien favur l-Athleta li żammew il-ballun tajjeb u ħarġu rebbieħa 80-69. It-tielet partita se ssir is-Sibt 13 ta’ April fl-16.30.

 

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi  17, S. Hagul, D. Bugeja 6, M. Todorovic 27,  M. Giusti, E. Bezzina, O. Said 10, S. Pace, W. Spiteri, K. Baldacchino 10, S. Bischoff , S. Schembri 10.

Floriana Francesco Fenech: A. Baldacchino, B. Scott Camilleri 13, D. Camilleri 17, M. Glass 11, C. Sammut 6, I. Mercieca 3, C. Calleja, D. Schembri 19, M. Ciantar, S. Saakian.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Alfred Carbonaro.

 

Statistika…

 

Athleta

 

Free throws – 8 on 16

Baskets – 27 on 58

Three pointers – 6 on 16

Rebounds – 44

Assists – 18

Turnovers – 13

Steals – 10

Fouls Suffered – 14

Fouls Made – 17

 

Floriana

 

Free throws – 12 on 21

Baskets – 18 on 44

Three pointers – 7 on 13

Rebounds – 37

Assists – 12

Turnovers – 19

Steals – 5

Fouls Suffered – 17

Fouls Made – 14





2 Comments

  1. Furjaniz says:

    Nixtieq nghid prosit lil Floriana u ninsab cert li minn din il-loghba tghallimna hafna u ha nkunu aktar b’sahhitna ghal loghob li gej.

    Ma kien hemm ebda pampalun ta Floriana li qal li ha nkaxkru kollox, anzi zammejna saqajna ma l-art. Avolja tlifna xorta capcapna lil plejers taghna u mhux ghamilna xenati bhal haddiehor.

    Rahal – meta trid tikkumenta fuq San Publju l-ewwel tghallem ikteb

    [Reply]

  2. rahal says:

    Fejnhom il-pampaluni furjanizi li tant ftahru wara l-ewwel loghba? nahseb baqghu taht san pupulju

    [Reply]

Leave a comment