A to Z Electronics Athleta jikkwalifikaw għar-round li jmiss

Thursday, April 14, 2011, 12:41

minn Colin Schembri

TAZZA LOUIS BORG  L-EWWEL DIVIŻJONI

 

A to Z Electronics Athleta 90
Bupa Luxol 49
(22-11)(20-12)(34-4)(14-22)

Athleta vs Bupa

Athleta vs Bupa

A to Z Electronics Athleta kisbu rebħa oħra fuq Bupa Luxol 90-49 biex avvanzaw għas-semifinali tat-tazza Louis Borg. Iż-żewġ timijiet kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom fejn għal Luxol irritorna Robert Azzopardi. Wara basket fuq kull naħa fil-ftuħ tal-partita, Athleta fetħu vantaġġ ta’ 6 punti 12-6. Luxol ġew lura b’basket ta’ Andrew Cremona u trippla ta’ Petar Apcev biex naqqsu d-distakk għal punt. Hawn Athleta għamlu run ta’ 10-0 biex temmew is-sessjoni 22-11 minn fuq. Fit-tieni perjodu Athleta kabbru l-vantaġġ wara punti ta’ Dirk Schembri bil-Luxol iwieġbu bil-freethrows ta’ Apcev u trippla ta’ Nikola Vasovic.  Athleta għamlu run oħra ta’ 12-3 li għalquha bi trippla t’Omar Said biex fil-mistrieħ kienu 42-23 minn fuq.

It-tielet sessjoni kienet dominata minn Athleta li għamlu run stupenda ta’ 25-0 fl-ewwel seba’ minuti b’erba’ three pointers minn Steve Schembri. Luxol għamlu trippla minn Antoine Costa pero Athleta għalqu l-perjodu b’run oħra ta’ 7-0 għal skor ta’ 76-27. Fl-aħħar sessjoni kien hemm ukoll spazju għal players ta’ fuq il-bank taż-żewġ naħat. Luxol bdew bi trippli ta’ Marco Mercieca biex naqqsu d-distakk. Fl-aħħar minuti ż-żewġ timijiet irrispondew lil xulxin biex Athleta ħarġu rebbieħa 90-49.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 15, J. Zammit 5, D. Schembri 21, E. Bezzina, C. Galea, O. Said 7, A. Bonnici 15, K. Baldacchino 7, A.Ryan, S. Schembri 20.

Bupa: C.J. Cordina, M. Mercieca 11, R. Azzopardi, A. M. Trigona, P. Apcev 12, A. Costa 3, N. Vasovic 8, T. Paris, A. Cremona 2, E.C. Montalto, J.P. Bonnici 13, S. Mizzi.

Referees: Bernard Vassallo, Clive Terribile, Alfred Carbonaro





2 Comments

  1. Candy lollipop says:

    Luxol has to understand that basketball is a team sport and the same goes for Apcev. This ‘international’ player is giving FOREIGNERS a bad name!!!!
    But at the end of the day, instructions come from the kowc, the know-it-all.

    [Reply]

  2. JOE MIZZI says:

    kellhom kowc il luxol jew jonny baqa godd dressing room……….+41 punt… bomba ohra mis sliema u il luxol kellhom lil Apcev ukoll fuq il kort, ir re ta ta qali.

    [Reply]

Leave a comment