A to Z Electronics Athleta jieħdu l-ewwel vantaġġ

Thursday, June 9, 2011, 10:51

minn Colin Schembri

FINALI KAMPJONAT L-EWWEL DIVIZJONI

A to Z Electronics Athleta 81
Bupa Luxol 65

(21-13)(18-14)(22-17)(20-21)

A to Z Electronics Athleta rritornaw għar-rebħ kontra Bupa Luxol fejn wara li kienu tilfu l-aħħar żewġ partiti fic-championship pool, huma rebħu l-ewwel partita tal-finali tal-kampjonat 81-65. Athleta kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom fil-waqt li għall-Luxol kien nieqes Tom Paris. Ta’ min jirrimarka li din il-partita kienet qiegħda timmarka l-1000 logħba ta’ Luxol fil-basketball tal-irġiel. Kienu Athleta li ħadu l-ewwel vantaġġ ta’ 8-2 pero Luxol wieġbu bl-ewwel trippli ta’ Nikola Vasovic u Petar Apcev u ppareġjaw il-partita 12-12 sas-sitt minuta. Athleta reġgħu ħadu vantaġġ bil-baskets ta’ Michael Naudi u trippla ta’ Dirk Schembri għalqitilhom is-sessjoni fuq skor ta’ 21-13. Fil-bidu tat-tieni perjodu l-punti kienu xi ftit neqsin u sar-raba’ minuta kien hemm biss basket ta’ Marco Mercieca ghall-Luxol. Athleta għamlu run ta’ 10-2 li għalquha bi trippla t’Etienne Bezzina u minkejja li Apcev kompla jwieġeb għall-Luxol, fl-intervall Athleta kienu 12-il punt minn fuq 39-27.

Fit-tielet perjodu Luxol naqqsu d-distakk għal 10 punti pero’ Schembri u Adison Bonnici komplew iwieġbu għal Athleta. Lejn tmiem il-perjodu kien hemm run ta’ 11-5 minn Athleta li rathom jiftħu vantaġġ ta’ 20 punt 61-41 għalkemm reġa’ kien Apcev bi trippla li għalaq il-perjodu. Fl-aħħar sessjoni Athleta komplew jinqatgħu mill-avversarji b’iktar punti minn Bonnici li kellhu partita mill-aktar posittiva. Luxol għamlu l-aħħar sforz meta fir-raba’ minuta bdew run ta’ 11-2 pero xorta kienu għadhom 12-il punt il-bogħod 57-69 fis-sitt minuta. Athleta għamlu break iehor ta’ 11-3 biex serrħu rashom mir-riżultat u ħarġu rebbieħa 81-65 biex għamlu l-ewwel pass lejn ir-rebħ tal-kampjonat li ħarbilhom fl-aħħar tlett finali.

           

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 10, J. Zammit 1, D. Schembri 16, E. Bezzina 5, C. Galea, O. Said 3, A. Bonnici 29, K. Baldacchino 13, A. Ryan 2, S. Schembri 2.

Bupa Luxol: C.J. Cordina 2, M. Mercieca 6, R. Azzopardi 4,  A. M. Trigona, P. Apcev 32, A. Costa, N. Vasovic 4, A. Cremona 4, E. Caruana Montalto, J.P. Bonnici 13, J. Gambin.

Referees: Gordon Barbara, Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro.





8 Comments

  1. Elf says:

    Proset Luxol tal-elf loghba li rnexxielkhom tilhqu.

    [Reply]

  2. Joe Borg says:

    Fair Play ?
    Ha ha ha
    Never has this game been disrespected like this before.
    Wasn´t it written some time ago that someone had mentioned Fair Play in his interview ??
    ha ha ha
    Must have been the pregame rabbit lunch (who wants to tickle me ?)

    [Reply]

  3. karmnu says:

    ma nergawx nibdew bil-paroli fil-vojt ta. issa jkun hemm pawlu president u jsolvi kollox hu u l-klikka tieghu.

    [Reply]

    JOE MIZZI Reply:

    Pawlu dak li jrezenja kull meta jkollu daru mal hajt!!!!! it trak rekord tieghu kullhadd jafu, ” jekk nitlef inhassar”. naf sgur li jara kbir mhux hazin. kollox no problem sakem jilhaq lis skop ta mohhu. l ghada jinsiek u jarmiek. nispera li qatt ma jara is siggu ta presidenza ta ta qali. does will be the days. didatur iehor.

    [Reply]

  4. JOE MIZZI says:

    Sur Jonny jew Sur Whip, naddaf il vetrina u ghamel post biex tkun tista tpoggi it tazza tat tieni post ghax din id darba tal Athleta mhux se jceddulkom l ebda rebha. Skop wiehed biss kien hemm………biex tas Siggiewi jiehdu it tielet post. Gewerra diretta li fl ahhar min l ahhar titfa dell ikra fuq il Luxol. FAIRPLAY ta vera.

    [Reply]

    Hover Reply:

    mela mela..that’s the so called Siggiewi champions lost twice to luxol and to Loyola. All 3 very important games. Athleta let one game slip against Siggiewi this year but this time they won’t. If Siggieiwi wanted to get to the finals they should have beaten Athleta the last time they player and none of this would have happened. But Athleta were clearly the stronger team! So they deserve it. Plus no one remembers 2nd or 3rd place.
    Sahha

    [Reply]

  5. JOE MIZZI says:

    iz zejt tela f wicc l ilma

    [Reply]

  6. Truly Bball Lover says:

    imsomaa ovja min ha jirbah…. !!

    [Reply]

Leave a comment