A to Z Electronics Athleta jieħdu l-ewwel unur

Monday, October 3, 2011, 13:57

FINALI SUPER CUP IRĠIEL

minn Colin Schembri

A to Z Electronics Athleta 59

Bupa Luxol 54

(17-12)(15-17)(15-12)(12-13)

L-ewwel partita mill-basketball tal-ewwel diviżjoni ta’ l-irġiel kienet il-finali tas-Super Cup bejn ic-champions A to Z Electronics Athleta u Siġġiewi. Il-partita kienet bilanċjata milgħuba quddiem pubbliku numeruż b’parteċipazzjoni mit-tfal tan-nurseries taż-żewġ timijiet. Ic-champions ippreżentaw għall-ewwel darba lil player Ungeriż tagħhom Andras Fekete u lil David Bugeja pero kienu mingħajr Steve Schembri. Siġġiewi kellhom id-debutt ta’ Clement Kodomaris u Chris Maeir fil-waqt li rritornaw Louis Camilleri u Nigel Sultana. Għal Athleta dan kien it-tielet suċċess konsekuttiv fis-Super Cup u d-disa’ wieħed fl-istorja tagħhom. Fl-ewwel sitt minuti kien hemm parita ta’ 6-6 u wara li Athleta kabbru l-vantaġġ, Siġġiewi wieġbu bi trippla ta’ Peter Shoults. Athleta għalqu l-perjodu bi trippla stupenda ta’ Kristin Baldacchino biex fetħu vantaġġ ta’ 5 punti. Huma komplew iżiduh fil-ftuħ tat-tieni sessjoni b’ Siġġiewi jwieġbu bil-punti ta’ Marco Matijevic u Shoults. Fit-tmien minuta, Athleta kienu 10 minn fuq 32-22 pero’ Siġġiewi wieġbu b’run ta’ 7-0 biex fl-intervall c-champions kienu 3 minn fuq 32-29. Fit-tielet sessjoni Matijevic naqqas id-distakk għal punt pero’ baskets konsekuttivi minn Adison Bonnici reġgħu taw ftit tan-nifs lil Athleta. Siġġiewi reġgħu ġew punt minn taħt 40-41 pero trippla ta’ Omar Said tat vantaġġ ta’ 6 punti lil Athleta 47-41. Reġa’ kien Said bi trippla oħra li fetaħ vantaġġ ta’ 12-il punt għal Athleta fis-sitt minuta. Siġġiewi wieġbu b’iktar baskets ta’ Matijevic pero Athleta għamlu l-freethrows biex bdew l-aħħar minuta 9 minn fuq 56-47. Hawn waslu seba’ punti minn Siġġiewi bi trippli t’Alan Borg u Sultana biex waslu sa’ 2 punti ‘l bogħod b’26 sekonda għat-tmiem. Said u Naudi għamlu l-aħħar free-throws għac-champions li rebħu l-partita 59-54.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 13, A. Fekete 6, D. Schembri 2, M. Giusti, O. Said 16, C. Calleja, A. Bonnici 14, K. Baldacchino 4, D. Bugeja 3.

Siġġiewi: R. Agius, L. Camilleri 3, P. Shoults 9, E. Xuereb 3, N. Sultana 9, A. Borg 3, C. Maeir 8, C. Codomaris 3, M. Matijevic 16

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Clive Terribile.





Leave a comment