A to Z Electronics Athleta jieħdu l-ewwel unur

Sunday, September 29, 2013, 23:41

ST. JAMES HOSPITAL SUPER CUP IRĠIEL

Floriana Royce 51

A to Z Electronics Athleta 60
(14-17)(7-10)(21-20)(9-13)

L-ewwel partita mill-basketball tal-ewwel diviżjoni ta’ l-irġiel kienet il-finali tas-St, James Hospital Super Cup bejn ic-champions Floriana Royce u r-rebbieħa tal-BOV Knock Out A to Z Electronics Athleta. Il-partita li ntlagħbet quddiem attendenza ferm numeruża kellha bidu tajjeb però hekk kif is-sħana bdiet tagħmel tagħha fil-padiljun ir-ritmu naqas. Ic-champions kellhom lill-akkwisti ġodda tagħhom jagħmlu d-debutt tagħhom. Dawn huma l-Amerikan Derek Elston flimkien mà Peter Shoults, David Agius, Sean Borg u Stefan Vella. Athleta ftit kellhom tibdil mill-istaġun li għadda hekk kif Chad Patus ħa post Marko Todorovic bħala l-player barrani tagħhom.

Kienu Athleta li ħadu l-ewwel vantaġġ meta bil-punti ta’ Michael Naudi, Steve Schembri, Omar Said u David Bugeja marru 11-2 minn fuq sa’ nofs l-ewwel sessjoni. Ir-risposta ta’ Floriana ġiet minn baskets ta’ Peter Shoults u Dirk Schembri però Athleta żieu l-vantaġġ b’iktar punti minn Naudi u Said. Floriana rkupraw b’run ta’ 8-0 fosthom trippla minn Elston qabel ma kien hemm basket fuq kull naħa biex l-ewwel sessjoni għalqet bl-Athleta tlett punti minn fuq 17-14. Fit-tieni perjodu l-punti naqsu xi ftit tant li l-ewwel basket wasal wara tlett minuti minn Bugeja għall-Athleta bi Schembri jwieġeb għac-champions. Wara iktar minuti mingħajr punti, Athleta għaqqdu break qasir ta’ 6-0 biex fl-intervall kienu 27-21 minn fuq.

Wara l-mistrieħ wasal l-aqwa mument ta’ Floriana li kellhom erba’ three pointers minn Elston, Shoults u Schembri biex sar-raba’ minuta ġabu l-iskor indaqs 33-33. Il-coach tal-Athleta Joe Galea għajat time-out u huma rkupraw bi break ta’ 9-2 fosthom trippla minn Patus biex reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 7 punti 42-35. Dirk Schembri waqqfilhom din ir-run b’żewġ freethrows però n-naħa l-oħra kien ħuh Steve li għamel trippla biex Athleta temmew il-perjodu 47-42 fuq quddiem. Fl-aħħar sessjoni Athleta reġgħu ħarġu tajjeb bi break ieħor ta’ 8-2 biex marru 11 minn fuq 55-44. Hawn Floriana tilfu lil Elston imweġġa u minkejja li kellhom il-punti minn Schembri u Sassoun Saakian, Athleta temmew il-partita bi trippla ta’ Shawn Pace biex ħarġu rebbieħa 60-51. Fi tmiem il-partita l-President tal-MBA Paul Sultana ppreżenta t-trofew lil Michael Naudi biex Athleta rebħu s-Super Cup għall-għaxar darba fl-istorja tagħhom.

Floriana Royce: O. Shamala, D. Camilleri 4, P. Shoults 9, S. Borg, D. Agius 2, S. Vella, C. Calleja, D. Schembri 22, S. Saakian 3, D. Elston 11.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 16, H. Soufian, D. Bugeja 12, C. Patus 13, M. Giusti, W. Spiteri, O. Said 7, S. Pace 3, B. Bartolo, K. Baldacchino 2, S. Schembri 7.

Referees: Bernard Vassallo, Gordon Barbara, Clive Terribile.





Leave a comment