A to Z Electronics Athleta jieħdu l-ewwel unur

Monday, October 1, 2012, 9:13

minn Colin Schembri

ST. JAMES HOSPITAL SUPER CUP IRĠIEL

 

 

A to Z Electronics Athleta 67
Bupa Luxol 56

(17-17)(13-15)(14-16)(23-8)

 

L-ewwel partita mill-basketball tal-ewwel diviżjoni ta’ l-irġiel kienet il-finali tas-St, James Hospital Super Cup bejn ic-champions A to Z Electronics Athleta u r-rebbieħa tal-BOV Knock Out Bupa Luxol. Il-partita li ntlagħbet fil-kumpless sportiv tal-Universita rat lil Luxol jibdew tajjeb bic-champions jirkupraw fl-aħħar sessjoni. Athleta ppreżentaw l-akkwist il-ġdid tagħhom Shawn Pace flimkien mal-Bulgaru Mikael Alexsandov li pero’ ma ġiex utiliżżat mil-coach Joe Galea. Micheal Naudi huwa nieqes għal Athleta fil-waqt li l-player Serb Marko Todorovic ġie kkonfermat. Luxol minn naħa l-oħra ppreżentaw team mimli elementi żgħażagħ flimkien ma player Amerikan ġdid Stephen Shackleford.

Luxol bdew tajjeb b’żewġ three pointers minn Shackleford u ieħor ta’ CJ Cordina għal skor ta’ 9-0 fl-ewwel erba’ minuti. Ir-risposta tal-Athleta bdiet ġejja minn Todorovic pero’ Luxol fetħu vantaġġ ta’ 10 punti fis-seba’ minuta 16-6. Hawn Athleta għamlu run ta’ 11-1 biex irnexxielhom jippareġjaw il-partita 17-17. Marco Mercieca reġa’ poġġa lil Luxol minn fuq b’Omar Said bi trippla jagħti l-ewwel vantaġġ lil Athleta eżatt wara. Shackleford għamel 9 punti mingħajr risposta għall-Luxol qabel ma Athleta għamlu break ieħor ta’ 8-0. Pero’ kienu Luxol li daħlu jistrieħu minn fuq wara r-raba’ trippla ta’ Shackleford 32-30.

It-tielet sessjoni kienet missielta ferm biż-żewġ timijiet jirrispondu lil xulxin għal ħin twil. Athleta marru minn fuq wara trippla ta’ David Bugeja u basket minn Kristen Baldacchino. Ir-reazzjoni ta’ Luxol waslet minn Nikola Vasovic li ħallijhom fuq quddiem wara trippla fit-tmien minuta. Shackleford għalaq is-sessjoni bi trippla oħra biex Luxol temmewha fuq quddiem 48-44. L-aħħar perjodu fetaħ b’basket ieħor ta’ Shackleford pero’ hawn waslet run qawwija ta’ 18-0 minn Athleta fosthom 2 trippli minn Bugeja. Luxol baqgħu jittamaw wara three pointers minn Shackleford u Cordina pero’ l-aħħar punti ġew minn Addison Bonnici u Omar Said għal Athleta li rebħu l-partita 67-56 biex rebħu s-Super Cup għall-għaxar darba fl-istorja tagħhom u r-raba waħda konsekuttiva. Fi tmiem il-partita Maria Bugeja direttriċi ta’ St. James Hospital lil Omar Said captain ta’ Athleta.

           

A to Z Electronics Athleta: I. Buldakov, D. Bugeja 17, M. Todorovic 16,  M. Giusti, S. Schembri 4, O. Said 9, K. Baldacchino 5, A. Bonnici 14, M. Alexsandov, S. Pace 2

Bupa Luxol: C.J. Cordina 9, M. Mercieca 3, J. Willoughby, J. Gambin, S. Shackleford 31, N. Andrejevic, N. Vasovic 11, T. Paris 2, E. Bonello, E. C. Montalto, J.P. Bonnici, S. Capello

Referees: Bernard Vassallo, Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro

-





Leave a comment