A to Z Electronics Athleta jerbħu t-tieni unur

Monday, October 7, 2013, 21:59

ST. JAMES HOSPITAL PRE-SEASON TOURNAMENT – IRĠIEL

minn Colin Schembri

Wara li fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet saret it-tieni edizzjoni tas-St. James Hospital pre-season tournament tan-nisa  fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kien imiss it-tielet edizzjoni tal-irġiel. Kienu A to Z Electronics Athleta li rebħu din il-kompetizzjoni biex rebħu t-tieni unur konsekuttiv għal dan l-istaġun. Athleta kienu wkoll rebħu l-ewwel edizzjoni ta’ dan it-tournament li kienet saret f’Għawdex.

Kellna diversi players li għamlu d-debutt ma’ clubs ġodda. Fost dawn insibu lill-Amerikani Turrell Morris ta’ Pavi Depiro u Michael Myres Keitt ta’ Bupa Luxol, Marko Todorovic ma’ Starlites u l-ġgant ta’ Remax Citadel Siġġiewi Ivo Hoeger li hu twiel 7 piedi u 5 pulzieri.

Fost il-players Maltin li għamlu d-debutt ma’ club ġdid insibu lil Clint Cassar ta’ Luxol, Anton Axiaq u Billy Zammit ma’ Depiro, Chris u Steve Sammut ma’ Siġġiewi u Jeremy Curmi ma’ Starlites.

Fl-ewwel ġurnata ntlagħbet il-fażi preliminari fejn is-sitt timijiet kienu mqassma f’żewġ gruppi. Fi Grupp 1 kien hemm Floriana Royce, Pavi Depiro u Bupa Luxol u fi Grupp 2 kien hemm A to Z Electronics Athleta, Remax Citadel Siġġiewi u Starlites. Ir-riżultati kollha tal-ewwel fażi kienu dawn:

Floriana Royce  22 Pavi Depiro 57

A to Z Electronics Athleta  43 Remax Citadel Siġġiewi 28

Pavi Depiro 43 Bupa Luxol 51

Remax Citadel Siġġiewi  43 Starlites 30

Bupa Luxol 48 Floriana Royce 51

Starlites  26 A to Z Electronics Athleta 40

It-tieni fażi bdiet biż-żewġ semifinali fejn fl-ewwel waħda ltaqgħu Pavi Depiro kontra Remax Citadel Siġġiewi f’waħda mil-isbaħ partiti li kellna f’din il-kompetizzjoni. Il-partita kellha bidu bilanċjat biż-żewġ timijiet viċin xulxin u fl-ghaxar minuta Depiro kellhom vantaġġ ta’ punt 15-14. Lejn tmiem is-sessjoni Siġġiewi ħadu l-vantaġġ però fil-ftit sekondi li kien għad fadal Depiro reġa’ rnexxielhom imorru minn fuq 27-25. Wara l-intervall kien hemm bidu tajjeb minn Depiro li rnexxielhom ikabbru l-vantaġġ għal 9 punti, però Siġġiewi ġew lura għal darb’oħra 46-46. Depro kellhom 5 punti konsekuttivi li din id-darba żammew u għaddew għal finali fuq skor ta’ 52-50. Fit-tieni semifinali A to Z Electronics Athleta ltaqħu kontra Bupa Luxol. Hawn ukoll kellna bidu bilanċjat però Athleta bdew iżidu l-vantaġġ wara run ta’ 9-2 u fil-halftime kellhom vantaġġ ta’ 4 punti 19-15. Wara l-mistrieħ Athleta għamlu run ta’ 20-5 bi trippli minn Omar Said u David Bugeja biex ħadu l-partita f’idejhom u rebħu 49-32.

Fil-partita għat-tielet u r-raba’ post Bupa Luxol għelbu lil Remax Citadel Siġġiewi 52-44.

Fil-finali bejn Pavi Depiro u A to Z Electronics Athleta li wkoll kienet b’żewġ sessjonijiet ta’ 15 –il minuta, ‘l waħda, kienu Athleta li ħarġu rebbieħa 40-28 f’partita kkontrollata minn Bernard Vassallo, Emanuel Mangani u Clive Terribile. Depiro ħadu l-ewwel u l-niku vantaġġ fil-partita meta sat-tieni minuta marru 7-1 minn fuq. Hawn Athleta  wieġbu bi break qawwi ta’ 20-2 b’diversi punti minn Chad Patus, Omar Said fil-waqt li Steve Schembri kien qiegħed jagħmel xogħol eċċelenti fid-difiża fuq l-Amerikan Turrell Morris. Athleta daħlu jistrieħu b’vantaġġ ta’ 11 –il punt 23-12. Depiro rnexxielhom inaqqsu d-distakk għal disa’ punti 18-27 però Athleta reġgħu żiedu l-vantaġġ wara break ieħor ta’ 7-0 fosthom trippla ta’ Patus. Athleta komplew jikkontrollaw sat-tmiem biex ħarġu rebbieħa 40-28. Fi tmiem il-partita Paul Sultana President tal-MBA ppreżenta t-trofew lil Michael Naudi, captain ta’ Athleta.

Ritratt: Ħajr Malcolm Sammut – www.malcolmsammut.com





10 Comments

  1. jborg says:

    Kemm il loghba irbaht karl?

    [Reply]

  2. Michael Caruana says:

    Tajba Karl….ergajtu tliftu!!! Jidher li ghaqadtu sew il-grupp.

    [Reply]

  3. karl borg says:

    Karmnu l ewwel haga tindahalx x namlu it tieni uri ismek….it tielet ha jitlaq malti ghaz talab hu……or raba mhuz ahjar tiehu hsieb it tim tieghek….u nista nkun naf kemm qed idejqulom s siggiewi. …ma tahsbux li kikeu zarmajna kienet tkun dqqa ta harta ghal bball malti….pruvaw halluna nahdmu please

    [Reply]

    Michael Caruana Reply:

    Min hu dan il-Malti Karl? U diga bdejtu titilfu l-bicciet wara ftit gimghat…ma jawgurax tajjeb!!!

    [Reply]

  4. Karmnu says:

    Ha zzommhom jew le Karl? Iddeciedi Man!! 
    It-tlieta ha nzommuhom…ja jmur ma team iehor Malti?? Ha jmur jew le?
    Ahjar hsibt ghall-under 23!!! Forsi ma tergawx tatu walkover!

    [Reply]

  5. Mikiel says:

    Ma Tantx se jaslu nahseb – kont fil-parking dak il-hin li Karl Borg cempel lil Joe Muscat is-segretarju Ta’ l-MBA jistaqsi dwar transfer windows…. Tghid diga se jbiddluh lill-barrani?

    [Reply]

    karl borg Reply:

    Biex ninfurmak il barranin it tlieta ha nzommuhom…ha jmur ma team iehor malti.

    [Reply]

    Michael Caruana Reply:

    Prosit Karl…u l-Maltin ma jithallsux….daqs l-Atleta gwappi inthom…

    [Reply]

  6. joseph says:

    Prosit lil kullmin ha sehem. Marco Matjevic kellu loghba kbira kontra Depiro jidher li dan i l player irid juri x jaf….tghid bis sahha tal-flus jew bis sahha tal coach.. u Karl borg tahsbu li hu tajjeb bhala coachtal first division. jien ghandi dubju tieghi kemm ha jlahhaq ma Mario Tabone, John Tabone u joe tas sliema. Siggiewi ghandhom team tajjeb imma jridu jnehhu l coach jekk iridu jaslu.

    [Reply]

    joeyv Reply:

    I think your comment is a little short sighted. Most of these players are relatively new and unfamiliar with one another. They will need time to gel and surely the coach will need time to stamp his philosophy on his players. Good luck to Siggiewi and all those competing in the first division. 

    [Reply]

Leave a comment