A to Z Electronics Athleta champions għat-tmien darba

Thursday, June 16, 2011, 15:32

minn Colin Schembri

Bupa Luxol 55
A to Z Electronics Athleta 76
(10-21)(16-15)(15-24)(14-17)

A to Z Electronics Athleta huma c-champions il-ġodda tal-basketball lokali. Tlett snin wara l-aħħar suċess tagħhom Athleta, dejjem taħt il-gwida tal-coach Joe Galea, reġgħu rebħu l-kampjonat. Huma għamlu dan wara li fit-tieni partita tal-finali għelbu lil Bupa Luxol 76-55.

Luxol kellhom l-aħjar formazzjoni possibli fil-waqt li Athleta kienu mingħajr Chris Galea. Luxol kellhom l-aħjar bidu meta għal darbtejn ħadu vantaġġ ta’ 5 punti wara trippli minn Nikola Vasovic u Marco Mercieca. Pero’ fil-ħames minuta, Athleta bdew run ta’ 16-0 fosthom trippli minn Michael Naudi u Steve Schembri li rawhom jagħlqu l-ewwel sessjoni 21-10 minn fuq.

Fit-tieni perjodu Athleta komplew jagħfsu biex sar-raba’ minuta kabbru l-vantaġġ għal 16-il punt 28-12. Luxol bdew jippressaw u serqu xi blalen pero meta resqu viċin kien Etienne Bezzina bi trippla li reġa wieġeb għall-Athleta. Trippla eżatt mal-horn minn Vasovic rat lil Luxol jaslu sa 10 punti viċin fil-mistrieħ 26-36.

Fil-bidu tat-tielet perjodu, Luxol naqqsu d-distakk għal 7 punti pero’ hawn kienu Athleta li għamlu l-press u trippli minn Omar Said u Schembri reġgħu saħħewlhom il-vantaġġ. Athleta għalqu t-tielet sessjoni b’run ta’ 11-3 biex bdew ir-raba’ u l-aħħar sessjoni 19 minn fuq 60-41. Basket minn Petar Apcev li kellu partita kwieta, fetaħ l-aħħar sessjoni b’Said jirrispondi bi trippla.

Fl-aħħar ħinijiet Athleta għamlu l-aħħar run ta’ 11-2 biex fetħu vantaġġ ta’ 27 punt u rebħu l-partita 76-55 biex rebħu l-kampjonat. Fit-tmiem il-partita, il-Maġistrat Antonio Mizzi għamel l-aħħar preżentazzjoni tal-presidenza tiegħu meta ppreżenta t-trofew ta’ champions lil Adison Bonnici. Athleta ċċelebraw dan is-suċess b’ċelebrazzjonijet f’Ta Qali li baqgħu sejrin sa’ tard bil-lejl fil-pitch tal-waterpolo ta’ San Ġiljan.

Bupa Luxol: C.J. Cordina, M. Mercieca 3, R. Azzopardi 6, A. M. Trigona 2, P. Apcev 10, A. Costa, N. Vasovic 15, T. Paris, A. Cremona 9, E. Caruana Montalto, J.P. Bonnici 9, S. Capello.

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 22, J. Zammit, E. Bezzina 8, D. Schembri 8, O. Said 14, A. Bonnici 10, K. Baldacchino, A. Ryan, S. Schembri 14.

Referees: Emanuel Mangani, Alfred Carbonaro, Clive Terribile.





Leave a comment