A to Z Electronics Athleta bit-tielet suċċess konsekuttiv

Monday, November 26, 2012, 8:23

minn Colin Schembri.

ST. JAMES HOSPITAL SHIELD IRĠIEL

 Pavi Depiro 57

A to Z Electronics Athleta 78

(18-25)(14-15)­(14-19)(11-19)

 

Athleta Preżentazzjoni

Athleta Preżentazzjoni

Il-finali tas-Saint James Hospital Shield rat lic-champions A to Z Electronics Athleta joħorġu rebbieħa kontra Pavi Depiro 78-57 biex rebħu s-shield għat-tielet sena konsekuttiva u għas-seba’ darba fl-istorja tagħhom. Il-partita ħadet svolta mportanti fl-ewwel sessjoni meta weġġa l-Amerikan ta’ Depiro Shawn Morgan u ma setax ikompli l-partita. Athleta minn naħa tagħhom kienu mingħajr Addison Bonnici pero’ kellhom wirja mill-aqwa Marco Todorovic, Steve Schembri u Kristin Baldacchino. Depiro ħassew in-nuqqas tal-Amerikan speċjalment fl-attakk għalkemm f’xi waqtiet irrikorrew għal logħob magħġġel u ndividwali. Sakemm Morgan kien għadu fuq il-court, Depiro kienu 16-15  minn fuq b’Omar Said u Schembri jkollhom trippla kull wieħed. Athleta pero’ għalqu s-sessjoni bi break ta’ 10-0 bi Schembri jagħmel trippla oħra għal skor ta’ 25-18. Fit-tieni perjodu c-champions komplew fejn ħallew u b’iktar trippli ta’ Schembri u Baldacchino flimkien ma’ baskets minn Todorovic, kienu 38-21 minn fuq fis-seba’ minuta. Ir-risposta ta’ Depiro ġiet minn Andrew Aquilina u trippla ta’ Roderick Vella li bdewlhom run ta’ 11-2 biex fl-intervall Athleta kienu 40-32 minn fuq.

Fit-tielet perjodu Depiro tħabtu biex inaqqsu iktar l-iżvantaġġ li kellhom pero’ kull meta bdew jersqu viċin Todorovic u Baldacchino bdew jirrispondu għall-Athleta. Trippla minn Aquilina fil-ħames minuta naqqset id-distakk għal 6 punti 43-49 hekk kif Athleta bdew ifallu l-freethrows. Minkejja dan, huma rnexxielhom jagħmlu run ta’ 10-3 biex fi tmiem il-perjodu kellhom vantaġġ ta’ 13 –il punt 59-46. Depiro għamlu sforz ieħor fil-ftuħ tal-aħħar sessjoni meta trippla oħra minn Aquilina fetħitilhom run ta’ 7-0 biex wara żewġ minuti naqqsu d-distakk għal sitt punti 53-59 b’Joe Galeakostrett jagħjjat time-out. Dan ħalla l-frott mixtieq għax Athleta reġgħu ħadu l-logħba f’idejhom speċjalment Schembri u Todorovic f’run ta’ 15-0. Fuq skor ta’ 74-53 il-partita kienet virtwalment magħluqa. Fl-aħħar minuti Galea kkonċeda l-applaws meritat lill-players tiegħhu mill-partitarji tal-Athleta li ċċelebraw ir-rebħ tat-tieni unur tal-istaġun wara s-suċċess fis-Super Cup fl-ewwel ġurnata. Fi tmiem il-partita s-Sur Paul Sultana, President tal-MBA ppreżenta t-trofew lil Omar Said, captain ta’ Athleta.

 

Pavi Depiro: R. Vella11, N. Sultana 4, K. Kun, A. Aquilina 16, A. Portelli, D. Agius, A. Micallef 7, E. Lupo 2, M. Mallia 4, I. Tanti 4, S. Morgan 9.

A to Z Electronics Athleta: Z. Borg, D. Bugeja 3, M. Todorovic 28,  M. Giusti 2, H. Soufian, O. Said 5, S. Pace 2, K. Baldacchino 11, M. Gauchi Montaldo, S. Schembri 27.

Referees: Bernard Vassallo, Alfred Carbonaro, Gordon Barbara

 





Leave a comment