A to Z Electronics Athleta b’punti massimi

Monday, January 23, 2012, 9:12

minn Colin Schembri

Kampjonat MSV Life Irġiel

Floriana Francesco Fenech 65

Depiro 37

(16-6)(17-11)(19-8)(13-12)

 

Athleta vs Luxol

Athleta vs Luxol

Floriana Francesco Fenech kisbu t-tieni rebħa tagħhom fil-kampjonat meta għelbu lil Depiro 65-37. Ħafna iktar kien mistenni minn Depiro li għalkemm kienu mingħajr Adrian Micallef kellhom wirja negattiva speċjalment meta mqabbla mal-aħħar wirjiet li kellhom. Minn naħa ta’ Floriana kollox juri li l-akkwist ta’ l-Amerikan Evan Fjeld se jiswijhom mitqlu deheb fil-kors ta’ l-istaġun. Player li huwa dominanti taħt il-boards u mhux biss għax anke jsib ħin li jitma diversi assists lil sħabu biex jibda l-fast breaks. Ma kienx Fjeld biss li spikka pero’ anke Chris Sammut u Adrian Sultana kellhom partita tajba ferm. Floriana li għal din il-partita kellhom lura lil Mark Ciantar, bdew tajjeb meta għamlu l-ewwel seba’ punti tal-partita fosthom trippla ta’ Sammut. Emanuel Lupo għamel l-ewwel basket ta’ Depiro pero’ Floriana wieġbu b’seba’ punti oħra fosthom trippla oħra ta’ Sammut. Abraham Portelli u Isaac Tanti wieġbu għal Depiro bi Fjeld jagħmel basket ieħor u l-ewwel sessjoni għalqet 16-6 favur Floriana. Depiro bdew aħjar fit-tieni sessjoni bl-ewwel punti ta’ Greg Hamlin u Roderick Vella u naqqsu d-distakk għal 3 punti. Sammut għamel it-tielet trippla flimkien ma’ iktar punti ta Fjeld biex fetħu vantaġġ ta’ 16 –il punt 31-15. Fit-tmien minuta Hamlin ikkometta r-raba’ foul u Ray Muscat kien kostrett li jpoġġieh fuq il-bank biex fl-intervall Floriana kienu 33-17 minn fuq.

Wara l-mistrieħ stennejna r-reazzjoni ta’ Depiro pero’ kienu Floriana li permezz ta’ Sammut u Fjeld komplew iżidu l-vantaġġ għal 20 punt 41-21. Hamlin reġa daħal fuq il-court pero’ Floriana għamlu run oħra ta’ 11-2 bi trippla ta’ Fjeld u fi tmiem is-sessjoni kellhom vantaġġ ta’ 27 punt 52-25. Fil-bidu tal-aħħar perjodu Portelli u Hamlin għamlu żewġ baskets għal Depiro pero’ hawn Floriana reġgħu ħadu r-riedni tal-partita bi tlettax –il punt mingħajr risposta b’Sammut jagħmel ir-raba’ trippla tiegħu. L-aħħar tmien punti tal-partita ġew kollha minn Depiro pero’ kien tard wisq għalijhom biex Floriana ħarġu rebbieħa 65-37.

 

Floriana Francesco Fenech: J. Curmi, C. Sammut 22, I. Mercieca, S. Sammut, C. Calleja, A. Baldacchino, E. Flejd 35, A. Sultana 6, M. Ciantar 2.

Depiro: R. Vella 8, JP Schembri, A. Aquilina, A. Portelli 6, E. Lupo 4, M. Mallia 2, I. Tanti 8, G. Hamlin 9.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Steve Gouder

 

A to Z Electronics Athleta 91

Bupa Luxol 57

(22-11)(14-13)(24-15)(31-18)

 

Ic-champions A to Z Electronics Athleta telgħu waħedhom fil-quċċata tal-klassika meta kisbu t-tielet rebħa minn tlett partiti wara li għelbu lil Bupa Luxol 91-57. Athleta kellhom lil Ungeriż Andras Fekete nieqes fil-waqt li għal Luxol Lee Ross jinsab imweġġa.  Athleta fetħu mal-ewwel bi trippla ta’ Michael Naudi li flimkien ma’ Dirk Schembri kienu ż-żewġ players li għamlu l-ewwel punti tagħhom. Sas-seba’ minuta Athleta kienu diġa fetħu vantaġġ ta’ 11-il punt 17-6. Jeron Belin wieġeb għal Luxol pero Athleta għalqu s-sessjoni b’basket ta’ Marco Todorovic u trippla ta’ Steve Schembri għal skor ta’ 22-11. Athleta reġgħu bdew tajjeb fit-tieni sessjoni b’run oħra ta’ 8-0 sal-ħames minuta. Luxol wieġbu bil-punti ta’ CJ Cordina u trippla ta’ Belin u wara li Naudi għamel iktar punti kien iż-żagħżugħ Cordina li għalaq is-sessjoni b’punti għal Luxol pero Athelta kienu għadhom 12 minn fuq 36-24.

It-tielet sessjoni bdiet bi tlett baskets oħra minn Athleta  wara li Nikola Vasovic wieġeb għal Luxol dawn sofrew sensiela ta’ freethrows fuq technical fouls kontra Belin. Trippli ta’ Said u Naudi kabbru l-vantaġġ tal-Athleta 60-34 għalkemm is-sessjoni għalqet b’ħames punti minn Luxol, Athelta kienu fuq quddiem 60-39. Fl-aħħar sessjoni ġew diversi trippli minn Said u Schembri biex Athleta komplew jinqatgħu mill-avversarji. Belin għamel ħames punti għal Luxol pero baskets minn Todorovic u Dirk Schembri għalqu l-partita favur Athleta li ħarġu rebbieħa 91-57.

 

A to Z Electronics Athleta: M. Naudi 23, I. Buldakov, D. Bugeja, M. Todorovic 16,  M. Giusti, O. Said 16, D. Schembri 14, A. Bonnici 6, K. Baldacchino 2, S. Schembri 14.

Bupa Luxol:  CJ Cordina 8, M. Mercieca 8, J. Belin 27, A. M. Trigona 2, A. Costa,  N. Vasovic 4, T. Paris 4, M. A. Montalto, E. C. Montaldo, JP Bonnici 4, S. Capello.

Referees: Gordon Barbara, Clive Terribile, Luke Camilleri.

 

Siġġiewi 68

Tata Motors Loyola 62

(13-9)(18-15)(18-19)(19-19)

 

Siġġiewi finalment kisbu l-ewwel rebħa tagħhom fil-kampjonat meta għelbu lil Tata Motors Loyola 68-62. Siġġiewi kellhom iktar problemi fil-formazzjoni tagħhom meta mal-lista ta’ l-indisposti żdied ukoll Peter Shoults li weġġa’ fl-aħħar konfront u mistenni jdum barra mil-logħob għal diversi ġimgħat. Joshua Anastasi u Jean Paul Azzopardi kienu nieqsa għal Loyola. Rashanti Harris għamel l-ewwel basket ta’ Loyola b’Siġġiewi b’run ta’ 8-0 kollha minn Alan Borg b’żewġ trippli. Harris u Sean Pace wieġbu għal Loyola pero Borg għamel trippla oħra biex Siġġiewi temmew is-sessjoni 13-9 minn fuq. Huma komplew ikabbru l-vantaġġ fil-ftuħ tat-tieni sessjoni meta bdew ġejjin diversi punti minn Chris Meier b’Harris jibqa jwieġeb għal Loyola. Karl Borg għamel l-ewwel trippla tiegħhu fis-sitt minuta biex Siġġiewi fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 25-15. Sean Pace irrisponda għal Loyola bi trippla flimkien ma’ baskets ta’ Jonathan Ransley u Harris biex fl-intervall il-vantaġġ ta’ Siġġiewi niżel għal 7 punti 31-24.

Loyola fetħu tajjeb fit-tielet perjodu permezz ta’ Anton Axiaq u Harris u trippla minn Billy Zammit biex naqqsu d-distakk għal basket 33-35. L-aħwa Borg bi trippli u Marco Matijevic taw ftit tan-nifs lil Siġġiewi lil reġgħu fetħu vantaġġ ta’ 8 punti qabel ma’ Pace u Harris għamlu 4 free-throws għal Loyola għal skor ta’ 49-43. Fl-aħħar sessjoni Siġġiewi reġgħu marru 10 minn fuq pero Loyola kellhom liż-żagħżugħ Sean Borg li għamel 7 punti fosthom trippla bex reġa ġabhom basket il-bogħod 59-61. Wara trippla oħra minn Karl Borg, Siġġiewi kkontrollaw il-pusess hekk kif għamlu l-aħħar free-throws biex rebħu l-partita 68-62.

 

Siġġiewi: R. Agius, L. Camilleri, K. Borg 12, L. Grima, A. Borg 24, C. Maeir 25, C. Codomaris, M. Matijevic 7.

Tata Motors Loyola: S. Pace 11, B. Zammit 3, D. Camilleri 3, S. Borg 7, L. Azzopardi, S. Vella, A. Axiaq 10, J. Ransley 2, R. Harris 26

Referees: Gordon Barbara, Steve Gouder, Emanuel Mangani

 

Klassifika Kampjonat MSV Life Irġiel

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
A to Z Electronics Athleta

3

3

0

6

234

162

Floriana Francesco Fenech

3

2

1

5

202

179

Bupa Luxol

3

2

1

5

216

245

Depiro

3

1

2

4

178

206

Siġġiewi

3

1

2

4

215

222

Tata Motors Loyola

3

0

3

3

209

240

 

 





8 Comments

  1. louis mizzi says:

    x rega gara il hadd joseph……..mela din ta kull weekend gejja, forsi il problem hi int

    [Reply]

  2. louis mizzi says:

    good for all

    [Reply]

  3. Baller says:

    Kemm kxift lilek innifsek sabih Karl Borg ;)

    [Reply]

    karmnu Reply:

    xi zball ghandek siehbi :) ara taqtax x’tiela lottu jew super 5 hahahaha

    [Reply]

    Baller Reply:

    Mela mela kompli ikkonfermali Karl. Narak

    [Reply]

    karmnu Reply:

    Mela ara x’taghmel mur fuq karl u ghidlu lol :) ghidli meta ta ha nipprova nigi!!!

  4. Miles says:

    Basketball is played on the basketball court Mr. Karmnu…each game unfolds, one possession at a time…and on any given sunday….anything can happen!! :)

    However, Loyola will bounce back for sure! Nice to go to Ta Qali lately though!!

    P.S. Proset ghal dak il veteran!!!

    [Reply]

  5. karmnu says:

    Li l-loyola jitilfu kontra s-siggiewi b’hames players fosthom veteran li ghamillhom 12 il punt allvolja ghajruh zaqq **** huwa xi haga hazina ghal fredu and co. basta jifqaw lil kulhadd fl-under 23 bl-amerikaan b’kollox

    [Reply]

Leave a comment