9 midalji tad-deheb għat-tim Malti fil-Kampjonati tal-Karate tal-Istati ż-Żgħar tal-Ewropa fl-Iżlanda

Thursday, September 19, 2019, 7:53

22 atleta mill-Federazzjoni Maltija tal-Karate bl-etajiet ta’ bejn it-tnax u l-ħamsa u għoxrin sena, ħadu sehem fis-sitt edizzjoni tal-Kampjonati tal-Karate tal-Istati iż-Żghar tal-Ewropa, li saru f’Reykjavic, l-Iżlanda bejn it-13 u l-15 ta’ Settembru 2019.

L-atleti ippartecipaw fil-Kata (forom) kif ukoll fil-Kumite (ġlied), fejn kisbu 9 medalji tad-deheb, 4 tal-fidda u 12 tal-bronż.  212-il atleta mill-Iżlanda, Ċipru, Liechetenstein, Lussemburgu, Malta, Monaco u San Marino hadu sehem b’330 entratura f’dawn il-kampjonati.

It-Tim Malti kien akkompanjat minn Audrey Zammit bħala HOD, mill- President tal-MKF Kenneth Abela, mid-Direttur Tekniku Jesmond Schembri, mit-Tim tal-Kowċis Nazzjonali Michelle Vella, Tyler Tanti, Josef Antonelli u Joseph Mizzi, kif ukoll MKF Referis Anthony Zammit, Susan Zammit, Frankie Vella u Elizabeth Grech. ‘Huwa pjacir tagħna naraw lil Elizabeth Grech u Susan Zammit jilħqu referis ufficcjali tal-SSEKF, kif ukoll lil Frankie Vella jilħaq arbitru tal-SSEKF, ikkummenta Anthony Zammit Chief Referi tal-Malta Karate Federation kif ukoll membru tal-Kummissjoni tar-refereeing tal-Federazzjoni tal-Istati iż-Żghar tal- Ewropa.

Il-President tal-MKF Kenneth Abela qal, “Għal darb’oħra, it-Tim Malta ħalla marka f’wieħed mill-aktar avvenimenti importanti għall-Malta Karate Federation.  Ir-riżultati li nkisbu huma frott ta’ preparazzjoni kbira, kemm fiżika, kif ukoll mentali minn-naħa tal-atleti, kif ukoll kontribuzzjoni mill-aqwa ta’ tim sħiħ ta’ kowcis illi jipprovdu l-aħjar opportunitajiet ta’ taħrig.  Dan kollu flimkien ma, viżjoni biex jiġi elevat il-livell tal-Karate ġewwa pajjizna, kemm fil-kata, kif ukoll fil-kumite, biex b’hekk nikkonsolidaw il-posizzjoni tagħna fuq livell internazzjonali.  Nixtiequ nirringrazzjaw lill-MOC kif ukoll lil Sportmalta għas-support kontinwu tagħhom.”





Leave a comment