Ir-Rolex Middle Sea Race 2020 se tibda kif skedat

Friday, October 16, 2020, 17:34
Kollox lest biex jingħata bidu għall-41 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race li tibda għada s-Sibt 17 ta’ Ottubru, kif skedat. Minkejja l-konvinzjoni tal-klabb li t-tellieqa setgħat issir, kienet stennija twila u inċerta. Il-50 dgħajsa rreġistrati biex jitilqu fuq il-korsa ta’ 606 mili nawtiċi huma prova il-konvinzjoni kienet xierqa.
L-Uffiċjal Prinċipali tat-Tellieqa Peter Dimech stqarr li hija ta’ suċċess, fiċ-ċirkostanzi preżenti, li għada jkollok flotta ta’ 50 dgħajsa li tibda mill-Port il-Kbir. Probabbilment ir-Rolex Middle Sea Race ser tkun l-aħħar tellieqa internazzjonali tal-2020, sena ta’ kanċellazzjonijiet.
Il-flotta se tinqasam f’seba’ gruppi tal-bidu bl-iżgħar jottijiet skedati li jibdew fil-11.10 L-aħħar żewġ tluq huma riservati għall-akbar jottijiet segwiti mill-kategorija tal-multihulls. Ir-rekord ta’ 47 siegħa, 55 minuta, 3 sekondi tal-monohull tal-2007, irreġġistrat mill-jott Rambler ta’ 30m / 90 pied, jidher sigur għal sena oħra minħabba n-nuqqas ta’ xi jott tad-daqs tagħha.
Xi 39 mill-50 flotta tad-dgħajjes qed jikkompetu taħt l-IRC għall-premju ġenerali. Fosthom hemm ir-rebbieħ tas-sena l-oħra, id-dgħajsa lokali Elusive 2, misjuqa mill-aħwa Podesta, Maya, Christoph u Aaron.
Elusive 2 se jkollha biċċa xogħol iebsa biex tiddefendi t-titlu tagħha. L-ebda jott ma kiseb rebħiet dahar ma’ dahar ħlief Nita IV fl-1979 u fl-1980. L-eqreb ekwipaġġ Malti, kien Artie li rebaħ fl-2011 u fl-2014. It-tim immexxi minn Lee Satariano reġa’ qiegħed jikkompeti din is-sena bl-aħħar jott tiegħu l-HH42 Artie III, li ddebutta s-sena l-oħra.
Il-bidu tat-tellieqa jixxandar dirett fuq TVM2, u jibda fl-10:30 b’kummentarju bil-Malti. Se jkun hemm xandira Facebook Live fuq il-paġna Rolex Middle Sea Race, bl-Ingliż li tibda fl-10:30.




Leave a comment