Il-Belġjan Christophe Dheur iffirma ma’ Valletta Subbuteo Club

Friday, June 12, 2020, 13:45

Wara staġun eċċellenti li kellhom Valletta Subbuteo Club, fejn rebħu bosta titli fosthom il-kampjonat, in-knock out u l-aħħar rebħa presiġjuża bħala l-ewwel tim Malti li rebaħ l-Major internazzjonali ta’ Frameries fil-Belġju, issa sar akkwist importani għall-istaġun li ġej.

Christophe Dheur għadu kemm iffirma ma’ Valletta Subbuteo Club, wara li spiċċa l-istaġun tiegħu minn mat-tim Belġjan SC Charleroi. Dheur kien jilgħab ukoll mat-timijiet Belġjani ST Stembert u SC Rochefort.  Dheur rebaħ bosta unuri internazzjonali u kien ċampion fil-Belġju għall-erba’ darbiet 2012, 2014, 2015 u 2018.

Bħalissa jinsab fin-numru 5 tar-rankings tad-dinja.

Wara ħafna stennija għal dan l-akkwist id-debutt tiegħu huwa ferm mistenni.





Leave a comment