Brian Cini rebaħ l-ewwel ranking tournament tal-isnooker

Saturday, October 26, 2019, 9:23

Il-Ġimgħa filgħaxija ġewwa l-Akkademja tal-Isnooker fil-Ħamrun, intlagħbet il-finali tal-ewwel Ranking Tournament ta’ dan l-istaġun organizzat mill-MBSA, li fih ipperteċipaw 52 pleyer.

Din il-finali li kienet fuq l-aħjar minn 9 frames, intrebħet minn Brian Cini li għeleb lil Aaron Busutill bil-punteġġ ta’ 5 frames kontra 2.

Dawn huma l-skor ta’ kull frame, Cini l-ewwel 14-68, 92-24, 68-7, 57-43, 61-38, 45-55  u 61-36.

Ir-referee kien Sacha Gauci.

Fis-semi finali Brian Cini għeleb lil Tony Drago bil- puntegg ta’ 4-2.

Referee kien Maurice Calleja.

Fis-semi finali l-oħra Aaron Busutill għeleb lil Philip Ciantar 4-0.

Referee kien Charles Vella.





Leave a comment