70 tomna art u €350,000 mogħtija lil ASMK

Thursday, February 21, 2013, 13:29

L-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport flimkien mal-Onor Jason Azzopardi, Ministru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji ż-Żgħar u l-Konsumatur ippresedew l-iffirmar ta’ kuntratt bejn il-Gvern u l-Assocjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Permezz ta’ dan il-kuntratt il-Gvern se jkun qed jgħaddi lill-ASM 70 tomna art u €350,000 sabiex jinbena Kumpless Sportiv ġdid għall-Motorsports Off-Road. L-ASMK li għandha fi ħdanha mat-800 membru f’diversi dixxiplini tal-motorsport fosthom Autocross, Banger Racers, Demolition, Motocross, Quad Bikes, l-4×4 buggies u t-trials. Dan il-proġett jingħaqad ma diversi proġetti u inizjattivi oħra fil-motorsport fosthom trakka ġdida għall-Karting f’Ħal Far.





1 Comment

  1. Frans Schembri says:

    Prosit tal impenn takom.Imma ghal parti mizjuda ta treck al go carts,ahna ma nafux biha almenu Malta!!!!!
    Naf zgur li mil anqas 4 dixxiplini cioe go carts,minimoto,scooters,u motards, bit tama baqaw.
    Sa fejn segwejt jien personali ,kien miftiem li il badger carting acceta li b somma zghira ta 35000 jirranga l art u jospita dawn id dixxiplini.Imma ma tghidlix kif inbidel kul ftehim u ma sar XEJN.Forsi min kellu jinqeda nqeda??

    [Reply]

Leave a comment