Hibs jerbħu l-konfront deċisiv u jispiċċaw fl-ewwel post

Monday, March 11, 2019, 18:12

Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa

minn Colin Schembri

Starlites GIG 64

Hibernians 66

(22-5)(5-23)(12-18)(25-20)

Ic-champions Hibernians kisbu post awtomatiku fil-finali għar-rebħ tal-kampjonat meta fl-aħħar konfront dirett huma għelbu lil Starlites GIG 66-64. Starlites issa jridu jilgħabu fis-semi-finali l-aħjar minn tlett partiti kontra Caffè Moak Luxol. Hibs kellhom rimonta mill-aqwa li rathom jiġu lura minn distakk ta’ 19 –il punt li rkuprawhom sal-intervall biex qatt ma reġgħu kienu minn taħt. Fil-fatt, Starlites fetħu l-partita b’run ta’ 19-0 li rat lil Patricia Arguello tikseb żewġ three pointers flimkien ukoll mal-punti ta’ Kirsty Galea u Geocilis Reynoso. L-ewwel punti ta’ Hibs ġew minn Sophie Abela u Hannah Al Tumi però Starlites għamlu erba’ punti oħra għal skor ta’ 22-5. Wara li Abela kisbet l-ewwel punti tal-Hibs fit-tieni taqsima, Starlites irrispondew permezz ta’ Arguello u Reynoso biex reġgħu marru 19 minn fuq 27-8. Dawn però kienu l-uniċi punti tagħhom f’din is-sessjoni għaliex minn hemm ‘quddiem assistejna għal run stupenda ta’ 20-0 miinn Hibs fejn kellhom fost l-oħrajn żewġ trippli ta’ Samantha Brincat u oħra ta’ Amelia Simmons flimkien ma’ żewġ baskets ta’ Abela u sal-intervall qalbu l-iskor favur tagħhom 28-27.

Fit-tielet sessjoni Hibs komplew bi break ieħor ta’ 7-2 minn Simmons u Al Tumi. Starlites kellom risposta qasira minn Christina Curmi u Galea però Hibs komplew bil-free-throws ta’ Elena Cassar u fetħu vantaġġ ta’ 10 punti 44-34. Ħames punti konsekuttivi ta’ Arguello naqqsu d-distakk bin-nofs qabel ma basket ta’ Simmons għalaq it-taqsima fuq skor ta’ 46-39. Fl-aħħar sessjoni Hibs reġgħu marru 11 minn fuq 54-43 qabel ma Starlites irnexxielhom jagħmlu seba’ punti mingħajr risposta  biex reġgħu resqu viċin. Hawn Hibs tilfu lil Simmons u Al Tumi bil-ħames foul iżda kellhom il-punti ta’ Brincat li mexxiet it-team fl-aħħar ħinijiet u Starlites qatt ma rnexxielhom isalvaw ir-riżultat minkejja trippla ta’ Michela Zammit Cordina lejn it-tmiem biex Hibs harġu rebbieħa 66-64.

Starlites: M. Zammit Cordina 5, K. Galea 18, M. Riolo 2, S. Farrugia, M. Bonett 2, H. Acreman, C. Curmi 2, J. Grima 3, P. Arguello 22, M. Cutajar, S. Davies, G. Reynoso 12.

Hibs: E. Micallef, E. Cassar 6, K. Calleja, S. Brincat 16, I. Agius, J. Abela, S. Abela 13, A. Simmons 25, N. Farrugia, H. Al Tumi 4, K. Caruana, L. Duncan 2.

Referees:  Christine Xuereb, Daniella Torok, Ivica Simic.

 

Caffè Moak Luxol 56

Depiro 43

 

(15-10)(14-8)(14-7)(13-18)

Caffè Moak Luxol rebħu l-aħħar partita tal-ewwel fażi kontra Depiro 56-43 biex dawn tal-aħħar temmew l-impenji tagħhom dan l-istaġun fejn kellhom id-diffikulta tat-tluq tal-Amerikana Ashley Gray eżatt wara li għalqet it-tieqa tat-trasferimenti biex spiċċaw il-kampjonat bla rebħa. Luxol issa jilgħabu fil-finali tan-Knockout kontra Hibs il-Ħadd li ġej qabel ma jibdew is-semifinali tal-play-offs kontra Starlites. Kienu Depiro li ħadu l-ewwel vantaġġ wara punti minn Denise Said Hollier u Claire Ciantar li minkejja kollox kellha staġun posittiv ferm. Luxol ġew lura bil-punti ta’ Alexis Dillard li kienet dominanti taħt il-boards b’27 rebound u kellhom ukoll żewġ trippli ta’ Ina Baena għal skor ta’ 15-10. Fit-tieni perjodu l-vantaġġ ta’ Luxol kompla jiżdied fejn kienet Dillard li għamlet il-maġġoranza tal-punti tagħhom flimkien ma’ trippla ta’ Monique Caruana għal skor ta’ 29-18.

Wara l-intervall, kienu Luxol li reġa’ kellhom l-aħjar bidu meta għamlu run ta’ 10-0 bi trippli minn Sarah Pace u Antoinette Borg. Wara risposta ta’ Depiro minn Gaby Mifsud u Ciantar, Dillard għamlet l-aħħar basket għal skor ta’ 43-25. L-aħħar sessjoni kienet biss formalita bid-Depiro jitħabtu biex jagħmlu l-iskor aktar rispettabli u l-players ta’ fuq il-bank ta’ Luxol jieħdu sehem fil-partita fosthom Nicole Vella li kisbet tlett baskets biex finalment Luxol rebħu l-partita 56-43.

Caffè Moak Luxol: S. Pace 3, Ni. Vella 6, I. Baena 6,  No. Vella, S. Vella 2, K. Portelli, A. Borg 5, M. Caruana 6, C. Mifsud, A. Dillard 28.

Depiro: No. Agius 4, Ni. Agius 2, G. Mifsud 4, S. De Martino 6, D. Said Hollier 4, M. Scicluna, C. Ciantar 20, A. Mifsud 3, E. Cassar.

Referees:  Bernard Vassallo, Tuomas Mantere, Kamil Dworniczak

Klassifika Kampjonat Mapfre MSV Life Nisa FINALI

Team Logħob Rebħ Telf Punti Favur Kontra
Hibernians

12

10

2

22

769

648

Starlites Gig

12

9

3

21

733

675

Caffè Moak Luxol

12

5

7

17

738

746

Depiro

12

0

12

12

626

797

Programm tas-semi-finali tal-playoffs:

24-03-2019: 14:30: Starlites GIG vs Caffè Moak Luxol

31-03-2019: 14:30: Caffè Moak Luxol vs Starlites GIG

07-04-2019: 14:30: Starlites GIG vs Caffè Moak Luxol

 





Leave a comment