Satellite Tournament tat-Table Football f’Bormla u aktar

Tuesday, January 8, 2019, 7:21
Nhar il-Ħadd 6 ta Jannar fil-kazin tal-Banda San Ġorġ f’Bormla ġie organizzat is-Satellite Tournament tat-Table Football (Subbuteo) bir-rebbieħ fil-Kategorija Open kien Jason Pisani ta’ Master Sanremo. Huwa rebaħ 2-1 kontra Charles Aquilina ta’ Bormla Subutteo Club, bis-semi finalisti kienu Josef u Mauro Camilleri ta’ Bormla Subbuteo Club.
Fil-kategorija tat-timijiet, kienu Bormla Subbuteo Club li ħarġu rebbieħa, bit-tim li kien magħmul minn Charles Aquilina, Josef Camilleri, Mauro Camilleri u George Ebejer. Intant Valletta Lions Table Football Club ġew fit-tieni post u fit tielet post ġew Attard Subbuteo Club.
Il-kompetizjoni li jmiss li se tkun organizzata minn Bormla Subbuteo Club se tkun il-Bormla SC Citta Cospicua International Open bil-kollaborazjoni tal-Kunsill Lokali Bormla. Dan l-avveniment se jsir bejn is-Sibt 23 u l-Ħadd 24 ta’ Frar 2019.




Leave a comment