- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Il-Motors Inc. Malta Motorsports Awards

Posted By Sportinmalta On February 12, 2018 @ 6:59 am In Featured,Motorsport | No Comments

 

Il-Federazzjoni Maltija għall-Motorsport (MMF) ħabret id-dettalji għar-raba’ edizzjoni tal-Motors Inc. Malta Motorsport Awards li ser isiru fl-24 ta’ Marzu ġewwa is-sala ewlenija tar-Radisson Blu Resort Hotel ġewwa San Ġiljan. Il-President tal-Federazzjoni s-Sur Tonio Cini qal li din l-edizzjoni ser tkun waħda speċjali għall-fatt illi ser jiġu ppreżentati ukoll żewġ trofej speċjali tal-Fedrazzjoni Internazzjonali tal-Awtomobiliżmu (FIA).

Waħda minn dawn iż-żewġ trofej ser tingħata lil Duncan Micallef li hu iċ-ċampjin kurrenti tal-għola klassi tad-Drag Racing ġewwa l-Ewropa magħrufa bħalha Top Fuel Dragster. It-tieni Trofew li l-Federazzjoni Maltija ser tkun qiegħda tippreżenta ser tingħata lis-Sur William England wara li l-Federazzjoni Internazzjonali għażlithu bħala l-aħjar Marshall għas-sena 2017 minn madwar id-dinja kollha. Bħal f’kull sena l-klabbs kollha affiljati fil-Federazzjoni Maltija ser ikunu qegħdin jinnominaw persuna biex tiġi rikonoxxuta mill-Federazzjoni. Ser jerġa’ jingħata rikonoxximent lin-nisa fil-motorsport, kif ukoll ser titkompla il-Hall Of Fame li għal dan il-għan inħoloq kumitat apposta li ser jitmexxa mis-Sur Charles Camilleri President tal-Assoċjazzjoni Maltija tad-Drag Racing.

Għal darboħra l-avveniment qiegħed jiġi sponsorjat mill-Motors Inc. importaturi ta’ numru ta’ marki tal-karozzi fosthom il-marka prestigjuża Taljana Alfa Romeo. Is-Sur Ryan Buttigieg General Manager ta’ Motors Inc. qal li hu ta’ unur għall-kumpanija tagħhom illi qiegħda tappoġja dan l-avveniment u fl-istess ħin tgħin lill-Federazzjoni tkompli tiżviluppa u allura jkompli jikber l-isport tal-karozzi ġewwa pajjiżna.

Is-Serata ser tittella’ wkoll bis-sapport tal-Malta Gaming Authority, WJ England & Son, England Insurance, Signature Brands, Logografix, A&S Events u motorsmt filwaqt li ser tiġi ffilmjata biex aktar tard tintwera fuq TVM2.

Ritratti: David Axisa
Vidjow: Motorsmt https://we.tl/uHueA76TtU

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/63887/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.