Chris Agius jiltaqa’ mal-kontinġent Malti tas-Stacking

Monday, April 11, 2016, 18:55

Gavin Muscat

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, ż-Żgħażagħ u l-Isport Chris Agius illum ltaqa’ mal-ewwel parteċipanti Maltin fil-WSSA 2016 World Sport Stacking Championships li saru fil-Ġermanja.  Kienu 13-il parteċipant bejn is-6 u t-12-il sena li ħadu sehem f’dawn il-kampjonati u li ġabu lura lejn pajjiżna 3 midalji.

Gabriel Borg, Ismael Borg, Jason Burke u Daniel Mercieca rebħu midalji tal-fidda u bronż fir-relay u cyle events tal-kategorija U6.  Intant Morgan Jo Galea, Timmy Mercieca, Thomas Mercieca u Luca Mercieca Hounsell rebħu midalja tal-bronż fir-relay tal-kategorija U10.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius feraħ lit-tfal li ddeskrivew l-esperjenza tagħhom bħala waħda li ma jinsewx.  Huwa faħħar l-inizzjattiva tal-għalliema Dr Marina Bonello li mhux biss bdiet dan l-isport imma tat inċentiv lil dawn it-tfal u żgħażagħ sabiex ikunu attivi.





Leave a comment