- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Organizzata kompetizzjoni tal- Arm Wrestling ġo Għawdex

Posted By Sportinmalta On March 11, 2016 @ 1:57 pm In Arm Wrestling,Featured,Other | No Comments

Gavin Muscat

Nhar il-Ħadd 28ta` Frar fis-2 ta` wara nofshinhar ittellgħet it-tielet edizzjoni organizzata mill-GozoMalta Armwrestling.L-attendenza kienet tajba (madwar 100 persuna) u ikkompetew 25 atleta.Kien hemm 4 kategoriji tlieta bil-lemin taht 75 kilos,taht 90 kilos u kategorija open filwaqt li dik tax-xellug kienet waħda Open.Il-maġġoranza tal-atleta kienu ġejjin minn Malta ,inkluż xi ftit Għawdxin ,kif ukoll numru ta’ barranin residenti Għawdex.Il-post li fih sar il-kompetizzjoni huwa Il-Maxtura.

L-aktar atleta li spikka kien l-atleta Roland Qasha li rebah kemm il-kategorija Open Tal-lemin kif ukoll tax-xellug.Angel Kakarski wasal finali wara li għadda kontra atleta tajjeb iehor Bastjan Ciantar.Il-Kategorija taht id-90 kilos intrebhet minn Daniel Camilleri filwaqt li dik tal-under 75 kilos intrebhet minn Kurt Attard.Ir-referee kien Alexander Benez assistit minn David Apap.

Kompetizzjoni ohra mistennija tittella fix-xhur li ġejjin;

Minn jixtieq aktar informazzjoni mitkub jeddja l-page GozoMalta Armwrestling.

———————————————————————————————————————————————————-

Gallery

———————————————————————————————————————————————————-

———————————————————————————————————————————————————-

———————————————————————————————————————————————————-

 


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/50274/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.