- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Duncan Bezzina jirbaħ it-tieni ranking tournament tal-MBSA

Posted By Sportinmalta On October 27, 2015 @ 7:51 pm In Billiards/Snooker,Featured,Other | No Comments

Gavin Muscat

Il- Ġimgħa filgħaxija fil- Każin De Paule BC (ġo Raħal Ġdid)  quddiem numru kbir ta’spettaturi, Duncan Bezzina tal- Kazin La Vincitrice t’ Isla, fil finali (li kienet fuq l’aħjar minn 9 frames),  għeleb lill Mario Brincat ta’Jesmond Sports Club tal- Ħamrun, bil punteġġ ta’ 5 frames kontra 2 biex rebaħ it tieni ranking tournament tal-istaġun, orġaniżżat mill- MBSA.

Biex waslu għall din il- finali, Bezzina għeleb lil Alex Borg, bil- punteġġ ta 4-3 f’logħba ferm eċċitanti, filwaqt li Brincat għeleb lil Brian Cini bil- punteġġ ta’4-2.

Il-frame scores ta’ din il-finali kienu dawn: Bezzina l’ewwel….68-1, 66-53, 29-80 (Clearance ta 74 punt), 96-13 (Break ta’ 54 punt), 60-21, 8-60, 75-16. Ir-referee ta’ din il-finali kien John Cauchi.

Wara il- logħba, il- President ta’MBSA, Frans Bugeja, ippreżenta it-trofej lir-rebbieħ u lir- runner-up.

—————————————————————————————————————————————————————————————————————–

Gallery


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/48083/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.