Ippreżentati ċ-ċertifikati lir-rebbieħa tal-MIRA GĦALL-ISTRINA

Wednesday, October 21, 2015, 19:25

Gavin Muscat

L-erbgħa wara nofsinhar ġewwa l-Palazz ta’ San Anton ġew ippreżentati ċ-ċertifikati lir-rebbieħa ta’ kull kategorija tal-edizzjoni ta’ MIRA GĦALL-ISTRINA. Għal din l-okkażżjoni gew mistiedna uffiċjali tal- Federazzjoni Maltija għall-Isports tal-Isparar u Klabbs affiljati u uffiċjali mill- FKNK flimkien mar-rebbieħa.

Ir-rebbieħa kienu,

  • William Chetcuti fid-Double Trap,
  •  Antione Bugeja fit-Trap,
  • Jason Agius fl-Skeet,
  • Peter Muscat fl-American Trap,
  • Anthony Zammit fid-Dritta.
  • Noel Scicluna fl-Sporting,
  • Eleonor Bezzina fl-Air Pistol ,
  • Alison Formosa fl-Air Rifle.
  • Pierre Ferrante fl-Air Soft.

Il-President tar-Repubblika, Marie Louise Coleiro Preca f’isem il-Community Chest Fund, rringrazzjat lill-organizzaturi tal-ġest filantopiku u ħeġġet lill-isportivi Maltin sabiex ikunu t’ eżempju f’soċjeta ħanina.

L-uffiċjali tal- Federazzjoni preżenti, Angelo Galea, Frans Pace u Edwin Vella irrigrazzjaw lit-tiraturi li ħadu sehem,u lill-klabbs rispettivi tal-għajnuna tagħhom. Huma ħabbru li l-edizzjoni li jmiss ta’ MIRA GĦALL-ISTRINA ser issir s-Sibt 5 u l-Hadd 6 ta’ Diċembru 2015 u ħeġġew lit-tiraturi Maltin jipparteċipaw b’solidarjeta mal-Community Chest Fund.

The winners alongside the President





Leave a comment