- Sport In Malta - http://www.sportinmalta.com -

Nicole Gatt tirbaħ il-bronż fil-Malasja

Posted By Sportinmalta On November 27, 2013 @ 9:52 am In Featured,Weightlifting | No Comments

Nicole Gatt , atleta femminili irraprezentat lil Malta fl-isport Olimpiku Weightlifting , hija ħadet sehem fil-Kampjonati tal-Commonwealth gewwa Penang fil-Malasja , fejn rebħet il- midalja tal-bronż fil- kategorija -53kilo Youth.

L-ewwel post intrebaħ minn Niġerja segwit minn Indja . Gatt kellha battalja diffiċli għal din midalja kontra rivali prinċipali tagħha mill-Malasja li kellha l-vantaġġ fuqha minhabba li sar gewwa pajjiz taghha stess. Nicole kienet lura 2 kilo fil- fażi Snatch tal- kompetizzjoni , peress li refghat inqas minn rivali tagħha. Ghahlekk kien meħtieġ li mill-inqas terfa  3kilo aktar minn rivali tagħha fil- Clean u Jerk biex ikollha iċ- ċans għal midalja , partikolarment  minhabba li Gatt kellha il-piz taghha ogħla , li mbagħad jirriżulta fil-punti inqas. Bl- inkoraġġiment tal-President tal- Weightlifting Malti  u jagixxi bhala kowc Jesmond Caruana , Gatt irnexielha talghaq il- kompetizzjoni b’total ta’ 118kilo. Kilo prezzjuż aktar mir-rivali tagħha .

Nicole wkoll irnexxiela tikser 15-il rekord nazzjonali Malti fil-Youths , Juniors u Seniors . Dawn il-kompetizzjonijiet huma tassew sfida kbira minhabba l-klima differenti kif ukoll żona ta hin ferm differenti , li servew bħala preparazzjoni tajba għal-Logħob Olimpiku taż-Żgħażagħ sena d-dieħla li se ssir Nanjing , iċ-Ċina , fejn Gatt mistenijja li tipparteċipa.

Ma kinitx tkun possibbli din il-parteċipazzjoni kieku ma kienx għall-Kumitat Olimpiku Malti , il-Kunsill Malti ghall-iSport u l-Federazzjoni tal-Weightlifting  tal-Malasja.


Article printed from Sport In Malta: http://www.sportinmalta.com

URL to article: http://www.sportinmalta.com/40087/

Copyright © 2010 Sport In Malta. All rights reserved.