Maratona tal-isquash fil-Kumpless Sportiv tal-Qroqq

Tuesday, November 19, 2013, 9:58

Nhar is-Sibt  li għadda, 16 ta’ Novembru il-Malta Squash organizzat maratona fil-Kumpless Sportiv tal-Qroqq fejn id-donazzjonijiet miġbura minn din il-Maratona se jmorru għall-Istrina. Il-Kunsill Malti għall-iSport għen f’din l-iniżjattiva billi pprovda l-isquash courts b’xejn.

L-Onorevoli Dr. Luciano Busuttil, Chairman tal-KMS żar il-maratona fejn huwa feraħ lill-organizzaturi u l-parteċipanti u qal li okkazzjoni bħal din tgħin biex ilkoll flimkien inkomplu ngħinu lil min hu fil-bżonn. Huwa stqarr li l-Kunsill Malti għall-iSport huwa komess li jagħti kull għajnuna possibbli lil-għaqdiet li jorganizzaw attivitajiet simili biex b’hekk ikompli jitqattar l-ispirtu altruwista permezz tal-isport

 





Leave a comment