36 atleta għal-Logħob tal-COJI fi Sqallija

Wednesday, May 23, 2018, 7:01

It-tnejn u għoxrin edizzjoni tal-Comité d’Organisation des Jeux des Iles (COJI) ser isiru f’Katanja, fi Sqallija, din il-ġimgħa, bejn it-23 u is-27 ta’ Mejju.

Atleti Malti, b’etajiet ta’ bejn l-14 u s-16 il-sena ser jkunu qegħdin jikkompetu mal-fuq minn elf atletla oħra.  Il-kontinġent Malti hu magħmul minn sitta u tletin atleta u erbatax-il uffiċjal.  L-atleti Maltin ser jkunu qegħdin jikkompetu fl-atletika, il-ġinnastika, karate, table tennis, l-ibburdjar u l-għawm.

Il-gżejjer li qegħdin jiġu rraprezentati f’dawn il-logħob huma: l-Azores, il-Gżejjer Baleariċi, Korfù, Korsica, Elba, Guyana, Jersey, Madeira, Malta, Martinique, Sqallija u Sardegna.

L-ewwel kompetizzjonijiet huma mistennija jseħħu nhar il-Erbgħa 23 ta’ Mejju fl-atletika, table tennis u l-ibburdjar.

Il-Kontingent Malti hu mgħamul minn:

Atletika: Daniel Borg Ferrando,  Suzanne Buttigieg, Mireya Cassar, Kyle Caruana, Sarah Chouhal, Alessia Cristina, Jacob El Aida Chaffey, Omar El Aida Chaffey, Jake Gauci, Beppe Grillo,  Rachela Pace, Kyle Spiteri, Mariah Zaheya,  Kurt Zahra. Officials: Mark Farrugia, Antonella Chouhal.

Għawm:  Michele Azzopardi, Andre Camilleri,  Maya Galea, Sasha Gatt, Emily Grech Carr, Timothy Hansford, Jovan Lekic, Victoria Montfort, Haley Pawley Neame, Luke Sullivan. Officials: Keith Bartolo, Grant Kritzinger, Catalin Stan.

Ġinnastika:  Ella Borg, Julia Micallef, Mirae Micallef, Rebecca Xuereb. Officials: Roberto De Santis, Nataliya Berehova, Tiziana Caruana, Jeanette Brown.

Ibburdjar: Richard Shultheis,  Saul Vassallo. Officials: Florian Trittel, Anna Rossi

Karate:  Joelle Farrugia, Sean Micallef. Official: Joseph Mizzi

Table Tennis: Anthea Cutajar, Conrad Puli, James Vella Vidal, May Zahra. Official: Johanna Grech

Iċ-Ċerimonja tal-ftuħ ser issir nhar il-Erbgħa 23 ta’ Mejju u l-bandiera Maltija se tinġarr minn Richard Schultheis (Ibburdjar).

Il-Kontiġent huwa mmexxi mix-Chef de Mission Maria Vella-Galea, Direttur tal-Medja fi ħdan il-Kumitat Olimpiku Malti. Preżenti wkoll huma il-fizjoterapista Karl Rizzo Naudi li hu megħjun minn Joseph Buttigieg.

Għal aktar informazzjoni dwar il-Comité d’Organisation des Jeux des Iles u l-kontinġent Malti, żuru www.nocmalta.org

 

 





Leave a comment