34 Midalja għal Malta Karate Federation fil-Kampjonati tal-Karate tal-Istati iż-Żghar tal-Ewropa 2017

Thursday, October 5, 2017, 10:24

33 l’atleta minn Malta Karate Federation ħadu sehem fir-raba’ edizzjoni tal-Kampjonati tal-Karate tal-Istati iż-Żghar tal-Ewropa li saru f’Andorra nhar is-Sibt 30 ta’ Settembru u l-Ħadd l-1 t’ Ottubru 2017.

250 atleta bejn it-tnax u il-ħamsa u għoxrin sena minn Andorra, Ċipru, l-Islanda, Liechtenstein, Lussemburgu, Malta, Monaco u San Marino ħadu sehem f’dan l-avveniment.  Suċċess għat-tim Malti li ġie l-ewwel fil-Kata individwali, it-tieni fil-Kata bħala tim, it-tielet fil-Kumite individwali u r-raba’ fil-Kumite bħala tim.  B’mod ġenerali kiseb it-tielet post b’rebħa ta’ 11-il deheb, 11-il fidda u 12 bronz.

It-tim Malti kien akkumpanjat mis-Sinjura Audrey Zammit bħala HOD, mid-Direttur Tekniku Sensei James Galea, mill-Koordinatur Tekniku Sensei Jesmond Zammit, Kowċis Nazzjonali tal-Kata Sensei Joe Tanti u Sensei Michelle Vella, Kowċis Nazzjonali tal-Kumite Sensei Josef Antonelli u Sensei Joseph Mizzi. MKF Chief Referee Sensei Anthony Zammit u Sensei Frank Vella kienu bħala uffiċjali f’dawn il-kampjonati.

‘Dan ir-rizultat miksub huwa wieħed inkoraġġanti ħafna u juri konsistenza f’riżultati miksuba fuq livell internazzjonali għal Malta Karate Federation.  Nistennew l-avveniment li jmiss fejn nhar il-Ġimgha 6 t’Ottubru ħa nilqgħu fostna lil Maestro Santo Torre 8th Dan għal seminar ta’ tahrig, skont il-programm ta’ taħriġ kontinwu.’  Dan kien il-kumment tad-Direttur Tekniku tal-MKF is-Sensei James Galea.





Leave a comment