Kondoljanzi Ronnie Attard-eks Direttur Tekniku fis-snin 90

Saturday, December 22, 2012, 13:07

Il-Malta Football Association turi s-sogħba għall-mewt tas-Sur Ronnie Attard, eks-Direttur Tekiniku fis-Snin ’90. Attard kien organizzatur eċċellenti u l-Kap tat-taqsima Marketing tal-Assoċjazzjoni għal diversi snin.

 

Is-Sur Attard ta ħajtu għall-futbol Malti u għamel żmien twil jaħdem viċin l-eks-kowċis nazzjonali Horst Heese, Pippo Psaila, Pietro Ghedin, Robert Gatt, Milorad Kosanovic u Josef Ilic. Hu ħadem ukoll ma’ Fr. Hilary Tagliaferro fl-organizazzjoni tal-Youth Sector u n-nurseries fis-Snin ’80 u ’90 kif ukoll fiċ-Ċentru Sport Edukazzjoni

.

Attard jibqa’ mfakkar ukoll bħala eks-plejer u eks-kowċ ma’ klabbs bħal Hibernians, Hamrun Spartans u Zejtun Corinthians.

 

Hu se jingħata l-aħħar tislima għada s-Sibt 22 ta’ Diċembru 2012, fis-2.00pm, fil-knisja parrokkjali ta’ Ħ’Attard.

 

L-MFA tibgħat il-kondoljanzi profondi tagħha lill-familja Attard f’mument daqstant diffiċli.





1 Comment

  1. Richard Chetcuti says:

    Sorry for the death of Ronnie Attard

    [Reply]

Leave a comment