Aktar unuri għal pajjiżna fil-kickboxing

Monday, November 12, 2012, 9:15
minn Catherine Micallef.
Ir-ritorn ta' Lawrence Borg

Ir-ritorn ta' Lawrence Borg

Tmiem il-ġimgħa li għadda kien ikkaraterizzat bil-kampjonati tal-arti marzjali ġewwa Trapani fi Sqallija fejn ħafna mill-Maltin ikkompetew u ġabu unuri lill-pajjiżna.  Tnejn mill-atleti għaddew fil-kategorija tal-Muay Thai u erbgħa oħra ppartiċipew fil-finali tal- ‘full contact kickboxing’, waqt li ħames fighters ikkompetew fil-’light contact’. Għall-ewwel darba t-tim Malti kellu atleta li daħal fil kategorija tal-Masters li din tkun għal atleti ‘l fuq minn 40 sena . B’sodisfazzjon kbir l-atleta Lawrence Borg rebaħ lill-Ispanjol fit-tieni round b’technical knockout. Il-federazzjoni Maltija tifraħ bi kbir lil Lawrence Borg li wara żmien twil wieqaf, reġa’ ta prestazzjoni tajba u wkoll ġab isem  Malta fl-ewwel post ta’ din il-kategorija.

 Ilbieraħ għalqu l-qofol  tal-kampjonati  fejn iktar Maltin kisbu aktar suċċessi u f’dawn il-kampjonati, minbarra l-kompetizzjoni, ħarġet ukoll l-għaqda sportiva bejn il-pajjiżi nvoluti f din l-attivita li ssir ta’  kull sena.




1 Comment

  1. Alan says:

    WELL DONE…..!!!!!!!!!

    [Reply]

Leave a comment