3 medalji tal-fidda ghal Malta fit-tieni gurnata .

Thursday, May 30, 2013, 17:55

Arja ta’ sodisfazzjon fi hdan il-kontingent Malti wara li fit-tieni guranata tal-15 l-Edizzjoni talLoghob tal-istati Zghar tal-ewropa fil-Lussemburgu, Malta rebhet zewg medalji tal-fidda u ohra tal-bronz filwaqt li mill-ewwel gurnata l-medalja tal-bronz mirbuha mill-judoka Jeremy Saywell giet mibdula ghal wahda tal-fidda wara aggustament fil-klassifika.

Fl-ghawm Andrew Chetcuti, wara r-rebħ tal-midalja tal-bronż fil-100m freestyle, rebaħ il-medalja tal-fidda fil-finali tal-100m Butterfly. Chetcuti għamel id-distanza f; 55.58 sekondi, 0.46 sekondi wara ċ-Ċiprijott Alexandre Bakhtiarov. Dan kien l-ahjar hin li qatt ghamel Chetcuti f’din ilkategorija. Sal-ewwel 50m, Chetcuti kien għamel ħin ta’ 25.28′ . Ir-rekord nazzjonali tal-100m butterfly kien ta’ Ryan Gambin waqt il-heats tal-Olimpjadi ta’ Beijing fl-2008 kien għamel ħin ta’ 53.70′. Andrew Chetcuti jerġa’ jkun fl-azzjoni fil-200m freestyle .

Fit-table Tennis, intrebhu zewg medalji, waħda tal-fidda u oħra tal-bronż fil-kategorija tattimijiet tan-nisa u tal-irġiel. I-tim tan-nisa wara li gheleb lil Monaco 3 – 0 , il-logħba kontra lLussemburgu kienet waħda deċiżiva. Il-koppja Peng Fei u Viktoria Lucenkova sfaw meghluba mill-Lussemburgu 3-0. Simon Gerada u Daniel Bajada rebħu l-medalja tal-bronż fil-kategorija tat-timijiet minkejja li dawn tilfu kontra Monaco bl-iskor ta’ 3-2. Ir-rebh tal-midalja tal-bronż kien dovut mill- logħba kontroversjali kontra San Marino fejn it-tim Malti kien tilef 3-2. Dan wara li l-partita mirbuha minn Simon Gerada inghatat b’rebha lil Marco Vannucci minħabba li skond wieħed mill-membri tal-bord tar-referees, il-pala li laghab biha Gerada ma kinitx skond irregolamenti.

Il-Kumitat Olimpiku Malti ressaq protest li intrebah wara li instemghet ix-xhieda kollha u , illogħba deċiżiva għall-bronz bejn Gerada u Vannucci kellha terġa’ tintlagħab imma Vannucci iddeċieda li ma jinżilx għal logħob u għalhekk Gerada ingħata r-rebħa kif wara kollox kien jisthoqqlu wara li gia kien gheleb lil Vannucci gurnata qabel.

Il-prezentazzjoni tal-medalji lil Gerada u Bajada saret mill-President tal-Kumitat Olimpiku Malti Julian Pace Bonello.

Sadanittant il-ħames midalji tal-bronż li ntrebhu minn Malta fil-judo fl-ewwel jum ta’ kompetizzjoni, inbidlu f’waħda fidda u erba’ bronż . Dan wara li Jeremy Saywell, li fil-kategorija taħt is-66 kg kien ingħata l-midalja tal-bronż, l-uffiċjali li kkontrollaw il-logħob irrealizzaw li kien sar zball fil-kalkoli tal-punti waqt il-ġlieda kontra Guillaune Ereseo ta’ Monaco u b’hekk Saywell ġie dikjarat rebbieħ biex temm it-tieni wara Nicola Gusic tal-Montenegro.

L-erba’ midalji l-oħra tal-bronż fil-Judo ntrebhu minn Marcon Bezzina fil-kategorija -63kg, u Joanna Camilleri fil-kategorija (-57kg), Korchilava Murman fil-kategorija (-73kg) u Isaac Bezzina fil-kategorija (-90kg).

Fil-beach volley it-tim Malti maghmul minn Gertrude Zarb u Alison Borg wara li fl-ewwel partita tieghu kiseb rebha ta; 2 – 0 kontra Monaco sfaw meghluba 2 – 0 minn Cipru filwaqt li fl-ewwel partita tieghu it-tim Nazzjonali tal-basketball immexxi minn Angela Adamoli safa meghlub millIzlanda bit-tieni partita ghat tim Malti tkun kontra l-Lussemburgu.

Kienu wkoll fl-azzjoni it-tiraturi Brian Galea u Jeffrey Pisani fl-ewwel fit-tieni minn serje filkompetizzjoni Trap kif wkoll fl-isparar Eleonor Bezzina, Alison Vella u Mariana Kisvardai.

Fit-tennis mill-gdid fl-azzjoni Matthew Asciak u Elaine Genovese kemm fis-singles kif wkoll filmixed doubles.





Leave a comment