Lottaturi Maltin jirreġistraw suċċessi barra minn xtutna

Tuesday, August 28, 2012, 16:00

Il-lottaturi Maltin għal darb’oħra kisbu riżultati tajbin, din id-darba fil-fil-belt Brittanika ta’ Bradford f’tournament internazzjonali. Il-kontinġent Malti kien jikkonsisti minn seba’ lottaturi fosthom il-kowċ nazzjonali Jesmond Giordimaina li kien mistieden biex jikkompeti f’kaategorija masters (74kg ). L-kontinġent Malti kien jikkonsisti wkoll fir-referee Pawlu Farrugia.

B’kollox il-Maltin rebħu erba’ midalji tad-dehed u waħda tal-fidda. Din kienet it-tieni darba din is-sena li l-Maltin irreġistraw rebħiet fil-Gran Brittanja. Dan ifisser ukoll li l-lotta Maltija qed il-ħin kollu titjieb.

Il-kategoriji ikkontestti mill-Maltin kienu Cadets 63kg u 69kg, Seniors 55kg, 60kg, 66kg, 74kg, 96kg, u Masters 74kg.

Iż-żagħżugħ Gary Giordimaina kellu suċċess kbir  għax minkejja li għal ewwel darba ikkompeta fid-diviżjoni Senior irnexxilu jirbaħ il-midalja tad-deheb tal-kategorija 55kg. Kif kien mistenni kemm Abraham Vassallo rebaħ id-deheb fil-kategorija  84kg kif ukoll ħa d-deheb Adam Vella fil-kategorija 60kg. Mill-banda l-oħra Aidan Buħagiar kiseb il-midalja tal-fidda fil-kategorija 96kg. Jesmond Giordimaina rebaħ il-midalja tad-deheb meta kiseb l-ewwel post tal-kategorija  Masters 74kg.

B’hekk it-Tijm Nazzjonali Malti ħareġ rebbieħ tat-tournament internazzjonali ta’Bradford.





Leave a comment